Monday, April 29, 2024

Ikunu magħrufa l-finalisti tal-klassi Gold

Kenneth Vella

Aqra wkoll

Meta l-Ħadd waranofsinhar fil-korsa tal-Marsa saret id-49 laqgħa tal-istaġun, kienu magħrufa t-tnax -il żiemel finalist tat-Tazza Johnnie Walker. Dan il-kampjonat hu miftuħ għal żwiemel tal-klassi Gold u qiegħed isir fuq distanza qasira ta’ 2140m. Il-programm tal-Ħadd kien jikkonsisti minn għaxar tiġrijiet kollha għal żwiemel tat-trott. 

L-ewwel semifinali Gold kienet ikkaratterizzata minn tmiem inċert bejn Dynamit Life (Kerstin Galea) li kien għal ħafna ħin quddiem u Caid Sly (Ludvic Ghigo) li attakka min naħħa ta’ ġewwa fid-dritta finali. Kien tal-ewwel li ħa t-tieni rebħa nfila u r-raba’ tal-istaġun b’Triomphe Ferm (Kurt Saliba) u Prinsen One (Mario Farrugia) itemmu fit-tielet u r-raba’ post rispettivament.  

Il-kwotata Diza Du Courtille (Ivan Stivala) żiedet sew il-pass fuq in-naħħa ta’ barra matul l-aħħar 300 metru tat-tieni semifinali Gold. Din irnexxilha taqsam il-linja finali l-ewwel u tieħu t-tieni rebħa konsekuttiva u f’Malta minn Apache Reyor (Charles Degiorgio), Corky Ramirez (Paul Galea) u La Mauresque (Philip Calleja). Ir-rebbieħa kellha medja tajba ferm ta’ 1.14.9” fil-kilometru. 

Fit-tielet u l-aħħar semifinali, Star’s Fighter (Ludvic Ghigo) li kien għal ħafna metri fl-ewwel post, ċeda kollox meta l-ewwel żwiemel daru biex jaffrontaw id-dritta finali. Dan inqabeż minn Livi Majesty (Rodney Gatt) li akkwista s-seba’ rebħa tas-sena u t-tieni nfila minn Facto Turgot (Dolan Casha) u Django Winner (Clint Vassallo). Cessillac (Charles Degiorgio) kien l-aħħar żiemel li għamilha għall-finali. 

Ir-rebbieħa kollha

I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Havana De Payre (S. Schembri) Ħin – 2.43.3” (1.16.3”) 2. Friend (N. Azzopardi) 3. Jogger Justice (C. Farrugia) 4. Golden Noa (J. Buttigieg)

II Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Gypsa Bella (S. Cassar) Ħin – 2.45” (1.17.1”) 2. Double Sans Faute (M. Desira) 3. Henzo De Perthuis (R. Gatt) 4. Fidel De Banville (N. Baldacchino) 

III Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Gina Bergil (J. Gafa’) Ħin – 2.43” (1.16.2”) 2. Festival Marlo (R. Gatt) 3. Fox Trot Du Stade (J.C. Pace) 4. Cinq Trois (A. Farrugia) 

IV Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Gabin De See (C. Camilleri) Ħin – 2.43” (1.16.2”) 2. Givre Nonantais (Cherise Farrugia) 3. Udjayin (C. Caruana) 4. Dardanus (J. Carabott)

V Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Ramon Dekkers (W. Galea) Ħin – 2.44.2” (1.16.7”) 2. Dollar De L’Iton (J.C. Pace) 3. Dieu d’Occagnes (P. Galea) 4. Echo Sellois (N. Baldacchino) 

VI Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Gallita (Ch. Gauci) Ħin – 2.41.9” (1.15.7”) 2. Bonbon Bleu (J.C. Pace) 3. El Terminator (T. Cauchi) 4. Doora (A. Farrugia) 

VII Tiġrija. Semifinali Tazza Johnnie Walker. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Dynamit Life (K. Galea) Ħin – 2.41.9” (1.15.6”) 2. Caid Sly (L. Ghigo) 3. Triomphe Ferm (K. Saliba) 4. Prinsen One (M. Farrugia) 

VIII Tiġrija. Semifinali Tazza Johnnie Walker. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Diza Du Courtille (I. Stivala) Ħin – 2.40.3” (1.14.9”) 2. Apache Reyor (Ch. Degiorgio) 3. Corky Ramirez (P. Galea) 4. La Mauresque (Ph. Calleja) 

Livi Majesty jirbah wahda mis semi finali tal Johnny Walker Cup

IX Tiġrija. Semifinali Tazza Johnnie Walker. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Livi Majesty (R. Gatt) Ħin – 2.43.2” (1.16.2”) 2. Facto Turgot (D. Casha) 3. Django Winner (C. Vassallo) 4. Cessillac (Ch. Degiorgio) 

X Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Classic D’Urzy (D. Attard) Ħin – 2.40.9” (1.15.2”) 2. Come Back (J. Tabone) 3. Donatello Kily (P. Galea) 4. Edson Boko (J. Gafa’) 

Sport