Il-Prim Ministru Robert Abela, waqt li kien qiegħed jindirizza laqgħa mal-membri tal-kamra tal-Kummerċ, ħabbar uffiċjalment li l-iskema tal-Vouchers, kif ukoll tal-wage supplement, ser jiġu estiżi sal-aħħar ta’ Ottubru li ġej.
Abela kkonferma wkoll li fil-baġit li jimss, li mistenni jitħabbar sal-aħħar ta’ Ottubru, il-Gvern se jkun qiegħed jindika wkoll il-futur ta’ dawn il-miżuri għax-xhur sussegwenti.

Abela saħaq li l-Baġit se jkun wieħed komprensiv, “għaliex se jħares lil hinn minn sempmliċiment l-għajnuna lill-intrapriżi u lill-konsumaturi. Se jkun baġit li se jkompli jgħolli l-livell tal-għajxien għall-pensjonanti, u għal dawk l-iktar batuti. Il-Covid m’għandux jintuża bħala raġuni għal miżuri t’awsterita, iżda għandu jkun opportunità għalina biex ngħollu l-livell u nilħqu miri ġodda.”
