Wednesday, December 25, 2024

Il-Baġit tar-Renju Unit mhux se jżid b’mod qawwi l-infiq tad-difiża

Aqra wkoll

In-nuqqas ta’ finanzjament qed jagħfas fuq ir-Royal Navy tant li minħabba n-nuqqas ta’ fondi, in-navy Ingliża tista’ tiġi sfurzata tbigħ l-aircraft carrier HMS Prince of Wales. Uffiċjali għolja fi ħdan in-Navy tkellmu dwar dan wara li l-Baġit tal-ġimgħa d-dieħla żvela li mhux se jkun hemm żieda sinifikanti fl-infiq tad-difiża għal din is-sena.

F’mossa msejħa ‘Moment HS2’ sorsi fi ħdan in-Navy esprimew il-biża tagħhom li l-HMS Prince of Wales, li sewa £3.5 biljun biex jinbena, jista’ jew jitneħħa mill-flotta jew jinbiegħ lil xi pajjiż ħabib bi prezz irħis.

Id-deċiżjoni tal-bejgħ ta’ dan il-bastiment tista’ tiġi sfurzata fuq il-kmandanti fl-2028 jekk il-finanzi tad-difiża ma jkunux imtejba mmedjatament.

Sors navali stqarr li x-xenarju ta’ bejgħ ta’ aircraft carier hekk importanti kien ġie diskuss minn membri tal-Maritime Enterprise Planning Group, li jħares lejn kunsiderazzjonijiet u strateġiji futuri.

Jidher li hemm għarfien f’dan il-grupp li r-Royal Navy qed tissielet biex iżżomm l-impenji operattivi tagħha u wkoll biex tespandi l-flotta kemm jista’ jkun malajr.
Analisti navali qed isostnu li jekk ir-Renju Unit irid jibbilanċja l-finanzi tiegħu għandu għażla, dik li jindirizza din il-kjwistjoni billi jaqsamha ma’ l-alleat AUKUS – l-Awstralja, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti.

L-aircraft carriers HMS Prince of Wales u HMS Queen Elizabeth kienu ġew approvati fl-2007 mill-Prim Ministru dak iż-żmien Gordon Brown. Waħda minnhom kienet kważi skrappjata qabel saħansitra salpat, iżda l-ministri skoprew li jekk fil-fatt kellha tiġi skrappjata l-ispiża tkun aktar għalja.

L-HMS Prince of Wales u l-HMS Queen Elizabeth jiswew flimkien swew 7 biljun lira sterlina. Illum huwa aċċettat b’mod wiesa’ li r-Renju Unit mhux se jkun jista’ jiddefendihom jew joperahom b’mod adegwat.

In-Navy għandu biss ‘supply ship’ wieħed, l-RFA Fort Victoria, biex jappoġġja l-aircraft carriers iżda dan il-bastiment hu mistenni li jiġi rtirat fl-2028.

Iż-żewġ aircraft carriers, trasportaturi tal-ajruplani, huma ta’ 65,000 tunnellata l-waħda u l-operat tagħhom qabel kien jiddependi fuq il-protezzjoni mill-alleati inklużi l-Olanda u l-Istati Uniti.

Ekonomija

Sport