Friday, July 26, 2024

Doping: Paul Pogba sospiż erba’ snin

Aqra wkoll

Il-midfielder ta’ Juventus, Paul Pogba, ġie sospiż għal erba’ snin minħabba li nstab ħati ra’ reat ta’ doping.

L-eks player ta’ Manchester United ġie sospiż proviżorjament f’Settembru wara li test tad-droga sab livelli elevati ta’ testosterone fis-sistema tiegħu.

L-internazzjonali Franċiż ta’ 30 sena ġie ttestjat b’mod każwali wara l-ewwel partita tal-istaġun ta’ Juventus, fl-20 ta’ Awwissu.

Jingħad li Pogba se jappella kontra d-deċiżjoni tat-tribunal nazzjonali kontra d-doping (NADO) tal-Italja.

It-test tad-droga li huwa falla ġie kkonfermat minn Nado fit-tieni kampjun f’Ottubru, u l-uffiċċju tal-prosekutur kontra d-doping kien talab sospensjoni ta’ erba’ snin.

Kelliem ta’ Juventus qal: “Irċevejna notifika mit-tribunal aktar kmieni matul il-ġurnata.”

Is-sentenza tfisser li Pogba ma jkunx jista’ jilgħab sal-2027, meta se jkollu 33 sena, bis-sospensjoni datata lura għad-data tat-test fallut.

Huwa mifhum li Pogba jemmen li jekk ħa sustanza pprojbita, għamel dan involontarjament.

Meta tkellmet fil-ħin tas-sospensjoni inizjali, l-aġent ta’ Pogba, Rafaela Pimenta, qalet: “Li hu ċert hu li Paul Pogba qatt ma ried jikser regola.”

It-testosterone huwa ormon li jżid ir-reżistenza tal-atleti.

NADO qalu li Pogba kien kiser ir-regoli meta metaboliti ta‘ testosterone mhux endoġeni pprojbiti – sustanzi mhux prodotti b’mod naturali mill-ġisem mit-testosterone – instabu fit-test, u r-riżultati kienu konsistenti mal-oriġini tal-kompożizzjoni.

Juventus reġgħu ffirmaw lil Pogba b’kuntratt ta’ erba’ snin f’Lulju tal-2022 wara li l-player inħall mill-kuntratt tiegħu ma’ Manchester United u telaq bħala player liberu.

Ir-ritorn ta’ Pogba f’Turin kien milqut minn problemi persistenti ta’ injury li rawh ukoll jitlef it-Tazza tad-Dinja tas-sena l-oħra fil-Qatar.

Pogba lagħab total ta’ 51 minuta bħala sostitut dan l-istaġun fil-logħbiet kontra Bologna u Empoli.

L-istaġun li għadda huwa lagħab 108 minuti fuq sitt partiti tas-Serie A, għamel tliet dehriet u pprova assist wieħed fl-Europa League, lagħab 11-il minuta fil-Coppa Italia – total ta’ 162 minuta u ma skorja l-ebda goal.

Ekonomija

Sport