Il-Bajja ta’ San Ġorġ f’ Birżebbuġa tinsab tajba għall-għawm. Dan qalitu d-direttorat għas-Saħħa Ambjentali wara li ttieħdu diversi kampjuni tal-ilma baħar tul dawn l-aħħar jiem.
Ingħad li l-istess bajja ngħalqet fis-6 ta’ Lulju wara żbroff tad-drenaġġ li affettwa l-kwalità tal-ilma għall-għawm.
Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ġiet infurmata u ħadet azzjoni fejn instab li din il-kontaminazzjoni kienet qed tiġi kawżata minn latrina pubblika, fejn tnaddaf il-blockage u l-iżbroff ġie mwaqqaf minnufih.