Wednesday, September 30, 2026
Home Kultura Il-Banda tal-Marina tal-Istati Uniti, il-Forzi Armati ta’ Malta u l-Assoċjazzjoni tal-Għaqdiet Baned...

Il-Banda tal-Marina tal-Istati Uniti, il-Forzi Armati ta’ Malta u l-Assoċjazzjoni tal-Għaqdiet Baned Maltin Jingħaqdu Permezz tal-Mużika biex Jiċċelebraw Freedom 250

0
68

Il-Banda tal-Forzi Navali tal-Istati Uniti fl-Ewropa u l-Afrika ngħaqdet mal-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta (AFM) u l-Assoċjazzjoni tal-Għaqdiet Baned Maltin il-ġimgħa li għaddiet għal spettakli u skambji edukattivi li jiċċelebraw l-eċċellenza mużikali Amerikana, ir-relazzjoni b’saħħitha bejn l-Istati Uniti u Malta, u Freedom 250, il-250 anniversarju mill-indipendenza Amerikana.

Il-quċċata ta’ dan l-avveniment kien spettaklu konġunt mill-Banda tal-Marina tal-Istati Uniti u l-Banda tal-AFM fil-Belt Valletta, li ġabu flimkien żewġ tradizzjonijiet mużikali militari distinti. Il-mużiċisti tal-Marina tal-Istati Uniti huma professjonisti mħarrġa, li ħafna minnhom jidħlu fis-servizz b’lawrji universitarji jew avvanzati fil-mużika u jiksbu l-pożizzjonijiet tagħhom permezz ta’ awdizzjonijiet kompetittivi riġorużi. Flimkien mal-mużiċisti professjonali tal-Banda tal-AFM, huma wrew it-talent straordinarju, id-dixxiplina, u l-professjonalità li hemm wara ż-żewġ ensembles.

“Għal ġenerazzjonijiet, il-mużiċisti tal-Marina tal-Istati Uniti irrappreżentaw il-kuraġġ Amerikan madwar id-dinja, fejn tellgħu l-ispirtu tal-Baħħara kuraġġużi ‘l bogħod minn djarhom, fejn iġorru l-ispirtu u l-kburija tal-Amerika lejn portijiet u komunitajiet madwar id-dinja,” qalet l-Ambaxxatriċi tal-Istati Uniti f’Malta Somers Farkas. “Il-Banda tal-AFM taqsam tradizzjoni ugwalment distinti, li għeruqhom jmorru lura sal-1800. Kien ta’ pjaċir kbir li nismagħhom jesegwixxu fiċ-ċerimonji u l-parati ta’ Malta, u kien privileġġ partikolari li nisma’ dawn il-mużiċisti Amerikani u Maltin li huma eċċezzjonali jesegwixxu flimkien – hekk inġabru żewġ tradizzjonijiet mużikali storiċi taħt id-direzzjoni ta’ maestri ċelebri b’istili distinti. Il-kollaborazzjoni tagħhom tirrifletti s-saħħa tar-relazzjoni bilaterali u l-kooperazzjoni dejjem tikber fid-difiża u s-sigurtà.

Il-President Donald J. Trump iddeskriva t-twaqqif tal-Amerika bħala ‘l-akbar vjaġġ politiku fl-istorja tal-bniedem.’ Freedom 250 jiċċelebra dik l-istorja u l-ispirtu ta’ fiduċja, servizz, u kburija nazzjonali li għadu jispira lill-mexxejja Amerikani madwar id-dinja llum.”

Lil hinn mill-ispettaklu fil-Belt Valletta, il-mużiċisti tal-Marina tal-Istati Uniti involvew ruħhom direttament mal-komunità mużikali ta’ Malta. B’kooperazzjoni mal-Assoċjazzjoni tal-Għaqdiet Baned Maltin, huma mexxew masterclasses fil-Malta College of Arts, Science and Technology (MCAST) f’Raħal Ġdid u fl-Għaqda Banda 12 ta’ Mejju fiż-Żebbuġ, u ħadmu ma’ mużiċisti professjonali u talent żagħżugħ promettenti biex jaqsmu t-teknika, l-arti, u passjoni komuni għall-mużika.

L-Ambaxxata Amerikana tirringrazzja lill-Forzi Armati ta’ Malta, l-Assoċjazzjoni tal-Għaqdiet Baned Maltin, il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta, MCAST, u l-Għaqda Banda 12 ta’ Mejju talli għenu jagħmlu dawn l-attivitajiet ta’ suċċess. Iż-żjara wriet tajjeb dik it-tradizzjoni ta’ eċċellenza Amerikana filwaqt li wriet kif il-kooperazzjoni fid-difiża bejn l-Istati Uniti u Malta tibni konnessjonijiet lil hinn mis-sigurtà. Nistennew b’ħerqa kooperazzjoni kontinwa li tavvanza s-sigurtà, turi l-eċċellenza Amerikana, u ġġib flimkien lill-Amerikani u l-Maltin.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here