Friday, May 3, 2024

“Il-Banek iridu jiftakru li aħna għamilnihom nies u li mingħajr il-klijenti m’huma xejn”

Intervista mal-kandidata għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew Marija Sara Vella Gafà

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

“Il-banek tagħna jridu jiftakru li aħna għamilnihom nies, voldieri il-banek tagħna l-Maltin għamluh nies. Allura importanti li jiftakru li jrid ikollhom servizz li japplika għal kulħadd. Infakkar li l-banek mingħajr il-klijenti ma huma xejn u aħna konna dejjem il-Maltin li konna beżlin u faddalna sold il-bank u għalhekk aħna irrdu servizz adekwat mill-bank tagħna, għaliex dejjem rajna li ninvestu flusna fil-banek tagħna”.

Dan iddikjaratu Marija Sara Vella Gafà, kandidata għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, f’intevista li kellha ma’ dan is-sit, fejn irrimmarkat li qed ikun hemm burokrazija kbira meta wieħed jiġi biex jidħol ġo bank,kemm biex jiftaħ kont tal-bank, kemm biex jieħu loan u kemm pereżempju l-anzjani li forsi ma jkollhomx kont bankarju u allura jkunu jridu jsarrfu l-pensjoni tagħhom.

Marija spjegat li kważi kważi jekk persuna tkun se tiftaħ l-ewwel kont u ma għandha xejn taħt rasha għax hi studenta jew inkella xi ħadd li għandu ħafna xogħlijiet, kważi kważi biex jiftħu kont tal-bank meqjusin l-istess.

Hawnhekk hija żiedet tgħid; “Anzi biex ma ngħidx li xi kultant in-nies iħossuhom kriminal u għadek qas dħalt fil-bank. Dawn huma problemi li huma reali. Iġifieri kemm il-darba biex pereżempju tagħmel xi tranżazzjoni isaqsuk dawn minn fejn ġibthom? għalxiex se tiġbidhom? u dawn l-affarijiet kollha li ħafna mid-drabi, dawn ikunu flusi stess li tfajt fil-bank u kull ma’ qed nagħmel, li nieħu parti minnhom”.

Hekk kif waqt l-intervista kompliet tispjega s-sitwazzjoni tal-banek ġewwa pajjżna, spikkaw il-mistoqsijiet li staqsiet, fosthom; ‘Jista’ jkun li qed inkunu estiżi wisq?’, ‘Jista jkun li qed ikunu stinġenti żżejjed?’ u ‘Jista jkun li l-ECB tordna fuq il-banek tagħna li jkun hemm ċeta regolamenti in place imma imbagħad tagħna jagħżlu li jippruvaw ikunu iktar iebsa mar-residenti Maltin u Għawdxin?’.

Irrimarkat kif ħafna mid-drabi li jiġri huwa li l-banek jkunu jridu jissalvagwardjaw l-interess tagħhom u allura li jiġri hu li jagħmlu dan mal-klijenti, billi jkunu iebsin.
Bħala kandidata, enfasizzat li ltaqgħet ma’ diversi entitajiet u li fil-ġimgħat li ġejjin, se tkun qed tiltaqa’ ma’ żewġ banek oħra, li temmen li jridu jkunu huma li jemendaw bidliet importanti bħal dawn fil-banek.

B’referenza għall-anzjani, Vella Gafa qalet dawn għandhom ikunu moqdija fil-lokalitajiet, għaliex dik li tissejjaħ ‘digital poverty’ hija wkoll parti mis-soċjeta’ li ngħixu fiha aħna l-Maltin.

Kompliet tispjega f’iktar dettall li ħafna mid-drabi jkun hemm individwi li jfaddlu l-flus fil-bank u jispiċċaw kważi kważi ma jieħdu xejn lura. Intant semmiet, li llum -il ġurnata, il-banka tal-lokal ma għadhomx hemm u ħafna minnhom għalqu.

Konsegwenza t’hekk, inħolqot problema għall-anzjani, għaliex huma jafu biss dak il-mezz u li forsi l-ATM’s illum -il ġurnata għadhom ma jafux jużawhom.
Qalet ukoll; “Allura irridu niftakru li l-anzjani tagħna, in-nies vulnerabbli u l-inqas fis-soċjetá, irridu nsiibu mod ta’ kif huma jinqdew bħal ma ninqdew aħna lkoll li nużaw l-affarijiet virtwali, fosthom l-internet banking.

Dawn mhumiex għal kulħadd u rridu niftakru li għandna persuni li għandhom bżonn is-servizz tradizzjonali jew inkella jipprovdi siegħa mill-ġurnata ddedikata lill-anzjani”.

Milux fuq il-midja soċjali, Marija kienet iddikjarat li trid li Malta tkun l-aħjar post għas-saħħa mentali. Meta kienet mistqsija minn dan il-ġurnal jekk taħsibx li s-saħħa mentali qegħda tintuża biss bħala ‘buzz word’ biex il-politiċi jigwadanjaw xi punti poltiċi, hija qalet li taħseb li fejn tidħol is-saħħa mentali sar ħafna peró fadal ħafna xi jsir ukoll.

Dwar is-saħħa mentali, Marija elenkat; “Jiena nemmen li fejn tidħol is-saħħa mentali bħala settur, għandna fejn inkunu l-aqwa fl-Ewropa. Kellna diversi drabi u kellna pereżempju fejn jidħlu d-drittijiet ċivili, fejn sirna fost l-aqwa fl-Ewropa hemmhekk. Jiena nemmen li issa jmiss li dan il-pajjiż jieħu pass il-quddiem u jara dawk il-miżuri kollha possibli sabiex ukoll inkunu l-aqwa fl-Ewropa fis-saħħa mentali”.

L-opinjoni tagħha dwar il-fatt li ġie rtirat l-Isptar il-ġdid għas-saħħa mentali, hija qalet li temmen li għandu jkun hemm l-aħjar strateġija sabiex in-nies fil-lokalitajiet tagħhom ikollhom aċċess edakwat fejn tidħol il-kura tas-saħħa mentali.
Hi qalet li temmen ukoll li l-kura għandha tkun iktar fil-komuntá, li wieħed ikollu aċċess fil-komunitá, kemm għal psikoloġista u għal kull tip li individwu jkollu bżonn.

Voldieri li l-professjonist jkunu iktar fil-komunitajiet sabiex wieħed ikollu aċċess iktar frank. F’dan ir-rigward, hija żiedet tgħid; “Irrid ngħid ukoll li s-servizzi li qegħdin noffru jridu jkunu wkoll estiżi għall-iskejjel tagħna, kif ukoll għall-postijiet tax-xogħol, fejn għandna kumpaniji llum -il ġurnata li joffru servzzi ta’ psikoloġista b’xejn.

Din għandha tkun iktar estiża max-xogħlijet u mal-privatt kollu, sabiex wieħed ikun moħħu mistrieħ li jekk ikollu bżonn is-sevizz, l-employer se jagħtijulu għaliex jara li jħares lejn s-saħħa mentali tal-ħaddiema tiegħu”.

Vella Gafa saħqet li huwa importanti li din il-kultura tas-saħħa mentali hija importanti daqs dik fiżika. B’referenza għall-iskejjel, hija qalet li hekk kif ta’ spiss aħna l-Maltin ninsistu li s-saħħa fiżika u li ndaħħlu pereżempju il-PE fl-iskejjel għandha tkun aħjar, għandna jkollna xi ħaġa simili fejn tidħol is-saħħa mentali u l-well-being tat-tfal.

Waħda mill-problemi li qeghdin jaffaccjaw iż-żagħżagħ illum hi dik tal-prezzijiet tal-proprieta li tant għolew li ħafna bil-pagi li għandhom ma jifilħux jixtru. Ikollhom imorru għal kirjiet li ukoll splodew fl-aħħar snin.

Dawn huma koppji li gegħdin jgħixu bla serħan il-moħħ u f’ansjetà kontinwa.
Meta mistoqsija jekktinkwetahiex din is-sitwazzjoni, Marija qaletli tinkwetaha u li tagħżel li titkellem fuqha.

Qalet; “Sfortunatament qed naraw li l-Unjoni Ewropea ma jinteressaħiex fejn jidħol il-housing u fejn jidħol dak affordabbli. Qed nħid dan għaliex ħafna mid-drabi, fl-Unjoni Ewropea dan ma jiġix diskuss, minkejja li hemm diversi pajjiżi li għandhom din il-problema wkoll”.

B’referenza għall -pajjiżna, hija qalet li qed naraw kultura li wieħed jixtieq isir sid ta’ dar, tant li l-Gvern kellu ħafna inizjattivi f’dan is-sens. Semmiet ukoll il-kera u qalet li irridu naraw ukoll li tinbidel il-kultura fejn tidħol il-kera, li forsi wkoll ikun optiion tajjeb għaż-żagħżagħ.

Irreferiet għall-fatt ta’ kif il-Housing Affordabbli nediet skema u li ovvjament aħna l-Maltin u Għawdxin neħtieġu ħafna iktar għajnuna anke mill-Unjoni Ewropea sabiex skemi bħal dawn u skemi iktar estiżi fid-diversi snin jidħlu fis-seħħ.

Tat eżempju tipiku li kellmuha dwaru; “koppja li sseparat, minkejja li jkollha ammont ta’ flus taħt rasha, il-bank jaf xorta jgħidilha li ma tistax tieħu loan, minħabba li eżempju jekk tkun qabżet l-40, l-etá tal-pensjoni jkollha inqas snin li tkun tista taħdem fihom. Allura dawn huma problemi li qed inmissu magħhom u problemi li huma reali. Dawn huma id-day to day busness li qedj għaddu minnhom in-nies ta’ kuljum. Dawn huma sitwazzjonjet li jiena qed nara li mill-Unjoni Ewropea se nkunu nistgħu nġibu fondi li japplikaw u li jgħinu kemm lill-Gvern u kif ukoll lin-nies sabiex ikollna servizzi ferm aħjar.”

Semmiet li l-kera ma ddejjaqa xejn għaliex temmen li bħal. ma pajjiż barranin in-nies qegħdin iktar jikru milli. jixtru, temmen li hija kultura li għandha bżonn tinbidel f’pajjiiżna.

Peró qalet li tifhem il-fatt li ħafna miż-żagħżagħ ikunu jixtiequ li jixtru l-ewwel propjetá tagħhom għax hija wkoll investiment, bħal ma għamlet hi wara kollox.
Personalment, Marija temmmen li t-tnejn li huma, huma tajbin, kemm il-kera u kif ukoll l-bini meta inti tixtri propjetá.

Ovvjament it-tnejn li huma jridu jkunu sostenibbli. Qalet ukoll; “Nemmen li fejn tidħol il-kera għandna nimxu l’quddiem sabiex ikollna kirjiet iktar sostenibbli u bini sostenbbli wkoll”.

Matul din l-invervista iddiskutejna diversi temi, fosthom dik tal-gwerra f’Gaza. Meta staqsejniha jekk taħsibx li l-Unjoni Ewropea għandiex tidħol fi gwerer li mhumiex tagħha, il-kandidata qalet li waħda mill-affarijiet li taħseb meta semgħet din il-mistoqsija hi l-fatt li aħna bħala pajjiż marbutin bil-kostituzzjoni u n-newtralitá li għandna fil-kostituzzjoni tagħna.

Qalet li temmen ħafna fil-paċi għaliex żgur mhux forsi, li l-ebda individwu li hemm hemm hemm barra, ma jieħu pjaċir li jisma’ bil-gwerer imma wieħed irid jara li l-paċi tkun preżenti f’kull pajjiż u mhux f’Malta biss.

Fejn tidħol l-Unjoni Ewropea, Marija qalet li din qiegħda hemm sabiex tgħaqqad il-pajjiżi. Kompliet tispjega; “Dak kien il-bażi għaliex saret l-Unjoni Ewropea u allura ftit li xejn nifhem għala l-Unjoni Ewropea kważi kważi tixtieq li jkollha l-armamenti jew kważi kważi li tixtieq li tidħol fi gwerra”

Qalet li tifhem li dak li għandna fil-kostituzzjoni huwa sovren u allura tirbaħ fuq kwalunkwe liġi oħra. Min-naħa fejn tidħol l-Unjoni Ewropea, Vella Gafà irrimarkat li din qegħda hemmhekk sabiex mhux biss tgħaqqadna imma sabiex ikun hemm il-paċi bejnietna.

Hawnhekk għamlet referenza għall-Presidnet tal-Parlament Ewropew Robeta Metsola; “Allura nidħak meta rajt il-President tal-Parlament Ewopew marret mal-ewwel ġewwa l-Iżrael eżattament wara dak li ġara u allura qisna ma konniex qisna qed naħsbu fil-futur. Qisu konna qegħdin naraw, il-President kienet qed tara biss dak il-mument”.

Saħqet li mumenti bħal dawn huma ta’ dispjaċr għaliha, għaliex hija trid li fil-membri parlamentari ewropej fl-unjon ewropea jkun hemm nies li jħarsu l-ġejjieni. Qalet ukoll li allura hemmhekk fejn forsi hemm id-differenza bejn il-kandidati u bejn Roberta Metsola bħala kandidata għall-Parlament Ewropew għall-Partit Nazzjonalista.

L-aħħar mistoqsija li saqsejniha kienet li realistikament imbilli tisħaq u titlob għal paci, hija limitata kemm tista tikseb riżultati biex tintemm din il-gwerra, hekk kif l-Iżrael jidhru determinati. X inhi s-soluzzjoni u x’għandu jkun l-irwol tal-EU?

Bdiet billi weġbitna li s-soluzzjoni mhijex li jinxtraw l-armmament u li ċertament taħseb li flimkien il-pajjiżi kollha għandhom jingħaqdu lkoll f’daqqa għall-paċi, kemm fil-gwerra ta’ bejjn l-Ukrajna u r-Russja u kif ukoll dk ta’ bejn Iżrael u Gaza.

Temmet tgħid li x-xiri tal-armamenti ma tistax tkun soluzzjoni u li; “tixtri l-armamenti jwassal li l-ewwelnett ħa tibgħat lill-uliedna ċertament għall-gwerra, kif qal ukoll David Agius. Ovvjaent dan ifisser li inti qed tgħid iva li tiġġieled gwerer oħra imma mhu se jġibu xejn, lanqas paċi”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport