Friday, November 15, 2024

Il-Bank Dinji mhux se jagħti iktar flus lil Sri Lanka jekk ma jsirux ir-riformi meħtieġa

Aqra wkoll

Il-Bank Dinji qal li mhux se jkun qiegħed joffri iktar assistenza finanzjarja lis-Sri Lanka qabel isiru r-riformi ekonomiċi neċessarji. 

Stqarrija maħruġa minn din l-istituzzjoni internazzjonali kienet tgħid li Sri Lanka jeħtieġ li tadotta riformi strutturali li jiffokaw fuq stabbiltà ekonomika u li jiġġieldu l-għeruq tal-problemi li wasslu biex dan il-pajjiż jispiċċa mingħajr riserva ta’ muniti barranin u anke nuqqas ta’ provvisti essenzjali bħal ikel, fjuwil u mediċini. 

S’issa l-Bank Dinji diġà qassam s-somma ta’ $160 miljun u dawn qed jiġu użati biex jittaffew is-sofferenzi tal-poplu billi jiġu impurtati provvisti ta’ mediċina, gass u fertilizzant li tant hemm bżonnhom. Il-Bank Dinji għaddej ukoll b’numru ta’ inizjattivi f’dan il-pajjiż li huma intiżi biex jappoġġjaw servizzi bażiċi bħal dawk tat-tqassim tal-mediċini u anke ikel fl-iskejjel. 

Iżda l-Bank Dinji kien ċar li ma jistax jibqa’ jagħti flus jekk il-pajjiż ma jirriformax ruħu u joħloq stabbiltà ekonomika. 

Ekonomija

Sport