Friday, May 3, 2024

Waterpolo: Ta’ Xbiex jirbħu logħba bilanċjata

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Ta’ Xbiex………… 9

Marsaxlokk……… 7

(4-0, 3-3, 1-1, 1-3)

Ta’ Xbiex rebħu partita pjaċevoli u bilanċjata meta għelbu l-isfida ta’ Marsaxlokk bl-iskor ta’ 9-7.

Għalihom spikkaw Jacob Saliba u Jayden Cassar li rreġistraw hat-trick persona­li.

L-ewwel sessjoni kienet detrimentali għax-Xlukkaj­ri meta tilfuha bl-iskor  ta’ erba’ goals biex mit-tieni sessjoni ‘l quddiem, irnex­xielhom iżommu l-pass mal-avversarji tagħhom fejn saħansitra fl-aħħar sessjoni ħarġu ferm qawwija u rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 4-0 liema goals wittew it-triq għal din ir-rebħa. Il-goals tagħhom ġew skorjati  minn Edward Aqulina, Jacob Saliba u Jayden Cassar (2).

Fit-tieni sessjoni rrenja bilanċ assolut hekk kif din intemmet bi skor ta’ 3-3, bil-goals għal Ta’ Xbiex jaslu minn Elijah Schembri (2) bl-ewwel goal tiegħu jasal minn penalty u Jacob Saliba ukoll minn penalty. Alistair Cook, Enrico Mallia u Luigi Mallia wieġbu għax-Xluk­kajri.

It-tielet sessjoni wkoll intemmet fi draw iżda din id-darba ta’ 1-1 bil-goal għal Ta’ Xbiex jiskorjah Jacob Saliba minn penalty waqt li Ben Zammit irrisponda għax-Xlukkajri.

Marsaxlokk rebħu r-raba’ u l-aħħar sessjoni bl-iskor ta’ 3-1, bl-awturi tal-goals ikunu Max Zammit (2) u Cain Cutajar. Jayden Cassar skorja l- uniku goal għal Ta’ Xbiex.

Ta’ Xbiex: 1-Ryan Coleiro, 2-C. J. Saliba, 3-Edward Aquilina (1), 4-Jamie Pace Mizzi, 5-Edward Meli, 6-Sam Engerer, 7-Jacob Saliba (3), 8-Jayden Cassar (3), 9-Elijah Schembri (2), 10-Basti Attard Littschaw, 11-Philip Tabone, 12-Julian Chircop, 13-Zac Dzanovic, 14-Zak Cutajar Licari, 15-Tom Fenech – Coach: Zoran Maslovar

Marsaxlokk: 1-Sam Mif­sud, 2-Russell Spiteri, 3-Cain Cutajar (1), 4-Ben Zammit (1), 5-Damien Cordina, 6-Dean Bugeja, 7-Max Zammit (2), 8-Luigi Mallia (1), 9-Luke Saliba, 10-Ryan Galea, 11-Julian Valletta, 12-Alistair Cook (1), 13-Miguel Farrugia, 14-Enrico Mallia (1), 15-Rainer Scerri – Coach: Ne­nad Navarin

Referees: Danilo Mazzoccoli, Richard Magri

Sport