Tuesday, April 23, 2024

Waterpolo: Draw ġust bejn Otters u Barracudas

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Otters…………….. 5

Barracudas………. 5

(0-1, 5-0, 0-2, 0-2)

Kienet partita ferm eċ­ċitanti u missielta dik li rat lil Otters u Barracudas itemmu l-partita ta’ bejnitehom fi draw ġust ta’ 5-5.

Dawn iż-żewġ timijiet huma ftit jew wisq tal-istess livell, u dan kien rifless biċ-ċar f’din il-logħba.

Barra minn hekk, dan huwa l-ewwel punti li t-team ta’ Barracudas kiseb f’dan l-istaġun.

Wara tant snin neqsin mill-waterpolo, din is-sena t-team mix-Xemxija reġa’ rritorna hekk kif qed jagħti l-opportunitá lil bosta żgħażagħ li minkejja ma jġibu l-ebda riżultat qed jagħtu indikazzjoni ta’ futur mill-aqwa.

Rimarkabbli huwa l-fatt li l-ħames goals għal Otters waslu kollha fit-tieni sessjoni, hekk kif rebħuha bl-iskor ta’ 5-0.

Barracudas rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor minimu ta’ 1-0, bil-goal uniku għalihom jasal minn Paul Micallef.

Iżda Otters ma rmewx ix-xugaman anzi wettqu reaz­zjoni tajba u fit-tieni sessjoni skorjaw ħames goals mingħajr risposta, bl-iskorers ikunu Zion Bartolo, Luke Grech Carr (2) biż-żewġ goals għalih jaslu minn penalty, Karl Scicluna ukoll minn penalty u Steve Dimech

Żewġ minuti Andrew Magri falla penalty għal Barracudas hekk kif ra tentattiv tiegħu mid-distanza ta’ ħames metri jistampa mal-mimduda.

Barracudas irritornaw għar-rebħ fit-tielet sessjoni meta għamlu dan bl-iskor ta’ 2-0, b’Ryan Sciortino jirreġistra doppjetta personali għalihom.

Huma ttrijonfaw ukoll fir-raba’ u l-aħħar sessjoni meta reġgħu ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-0, biż-żewġ goals għalihom jaslu minn T.J. Mifsud minn penalty u Ascanio Piccione.

Otters: 1-Matthew Xerri, 2-Matthias Bonnici, 3-Karl Scicluna (1), 4-Luke Grech Carr (2), 5-Matthew Farrugia, 6-David Dimech, 7-Isaac Azzopardi, 8-Steve Dimech (1), 9-Luigi Dimech, 10-Simon Apap, 11-Zion Bartolo (1), 12-Andrew Dimech, 13-Giovanni Gatt Ellis, 14-Kenneth Micallef – Coach: Robert Munkacsy

Barracudas: 1-Matthew Gouder, 2-Ascanio Piccione (1), 3-Andrew Magri, 4-Paul Micallef (1), 5-Dean Ciantar, 6-Ryan Sciortino (2), 7-Sean Aquilina, 8-Luke Galea, 9-Dalton Camilleri, 10-Sean Camilleri, 11-Jeremy Bugeja, 12-T. J. Mifsud (1), 13-Claude Bugeja, 14-Larkin Abela – Coach: Michael Scerri

Referees: Mirko Schiavo, Stefan Licari

Sport