Monday, May 13, 2024

Il-Bank HSBC Malta jappoġġja kumpanija lokali li tispeċjalizza fl-ikel għall-annimali domestiċi

Aqra wkoll

Il-Bank HSBC Malta p.l.c. appoġġa lil Pet Nutrition House, manifattur u distributur Malti ta’ ikel għall-annimali domestiċi, biex jinternazzjonalizza l-portafoll ta’ prodotti tiegħu taħt l-ismijiet tad-ditti Prince u Princess. Illum, l-esportazzjonijiet jammontaw għal madwar 60 fil-mija tal-bejgħ tal-kumpanija.

Lil hinn minn appoġġ lill-kumpanija fl-isforzi tagħha biex tidħol fis-swieq internazzjonali, il-Bank HSBC Malta għen ukoll lil Pet Nutrition billi ffinanzja faċilità ġdida ta’ manifattura f’San Ġwann. Imsaħħa minn dawn l-iżviluppi, il-kumpanija qed tfittex li tgħolli l-għadd ta’ impjegati tagħha minn 30 għal 50 sal-aħħar ta’ din is-sena u qed tistenna li tirdoppja l-bejgħ tagħha fis-sentejn li ġejjin. Il-kumpanija għandha l-ambjent għal qalba u mhux biss hi responsabbli għal dak li tiġġenera, iżda wkoll għal kif ikun prodott. Mill-2019 ‘l hawn naqqset 200,000kg ta’ plastik kull sena billi tnaqqas l-għotjien tal-plastik li jintużaw darba biss. Barra minn hekk, ġew installati kważi 2,000 pannell solari li jissodisfaw 75% tal-ħtiġijiet tal-fabbrika tagħhom.

Daniela Spiteri, Relationship Manager mal-Bank HSBC Malta, qalet: “Il-Bank HSBC Malta għen lil Pet Nutrition fl-implimentazzjoni tal-istrateġija ta’ internazzjonalizzazzjoni tagħhom u fit-tkabbir tan-negozju tagħhom sena wara sena. Ħdimna mill-qrib flimkien mal-klijent biex nifhmu l-bżonnijiet tagħhom. Aħna ipprovdejna soluzzjonijiet strutturati ta’ finanzjament tal-kummerċ biex jiffinanzjaw l-importazzjoni ta’ ikel għall-annimali domestiċi minn fornituri magħżula; Soluzzjonijiet finanzjarji ta’ riċevibbli biex jipprovdu kapital tax-xogħol għall-importazzjoni, l-esportazzjoni u d-distribuzzjoni tagħhom; u faċilità ta’ overdraft għal rekwiżiti oħra ta’ kapital tax-xogħol. Il-Bank HSBC Malta jemmen bis-sħiħ li n-negozji lokali għandhom dak li hemm bżonn biex jiksbu suċċess internazzjonali u lest li jappoġġja lill-kumpaniji b’soluzzjonijiet magħmula apposta.”

Matthew Wismayer, Direttur ta’ Pet Nutrition, qal: “Jien u marti waqqafna l-kumpanija fl-2010.

Sa mill-bidu, l-għan ewlieni tagħna kien li nippenetraw is-swieq barranin bil-marki tagħna biex tgħinna niksbu tkabbir sostenibbli tan-negozju. Il-Bank HSBC Malta e mmen fin-negozjutagħna u l-assistenza professjonali u l-appoġġ kontinwu tagħhom kien il-bidla f’realta; ffaċilita s-suċċessi tagħna barra minn Malta u pprovdilna ottimiżmu għat-tkabbir futur. Is-soluzzjonijiet tagħhom ta’ finanzjament tal-kummerċ imfassla apposta u l-pjattaforma bankarja online
tagħhom 24/7 HSBCnet joffru esperjenza bankarja internazzjonali bla xkiel u unika meta mqabbel mas-servizzi bankarji lokali, u dan jagħmilhom l-ewwel għażla għal klijenti bħalna.”

Aktar tagħrif dwar is-servizzi kummerċjali tal-Bank HSBC Malta jinsabu disponibbli fuq is-sit https://www.business.hsbc.com.mt/en-gb/insights/growing-my-business/pet-nutrition-house

Sport