Monday, April 22, 2024

Il-Bank of Valletta jestendi l-appoġġ tiegħu lin-negozji lokali

Aqra wkoll

Il-Bank of Valletta, b’kollaborazzjoni mal-Malta Development Bank, nieda sotto-skema addizzjonali taħt il-BOV-MDB COVID Assist immirata speċifikament għal kumpaniji żgħar u ta’ daqs medju.

“Il-Bank of Valletta ilu jappoġġja bis-saħħa lill-komunità tan-negozju billi pprovda likwidità lil entitajiet li ntlaqtu ħażin mill-pandemija tal-COVID-19. Qed nagħtu attenzjoni speċjali lill-SMEs mikro u żgħar peress li dawn huma vulnerabbli ħafna f’dawn iż-żminijiet ta’ sfida. Ridna niżguraw li b’mod ġenerali ma nistaqsux għall-kollateral għoli f’konformità mar-rekwiżiti tal-iskema u r-realtajiet attwali. L-esperjenza qed turi li meta n-negozji żgħar ifittxu l-livelli meħtieġa ta’ finanzjament, dawn isibuha diffiċli biex jipprovdu l-ammont ta’ soft collateral mitlub mill-banek,” iddikjara Albert Frendo, Chief Credit Officer fi ħdan il-Bank of Valletta.

“Wara li kkunsidrajna dawn l-isfidi u wara l-ftehim iffirmat mal-Malta Development Bank, il-BOV se jkun qed jiffaċilita aktar l-aċċess għall-fondi meħtieġa billi jitlob garanziji personali u soft collateral sinifikament aktar baxxi minn entitajiet li jeħtieġu self sa €250,000 taħt il-BOV-MDB COVID Assist.”

Il-BOV-MDB COVID Assist tipprovdi kreditu sabiex l-operaturi tan-negozju jkunu jistgħu jkopru l-bżonnijiet tal-kapital u l-ispejjeż operattivi tan-negozju.  L-iskema ta’ garanzija fuq self baxx tipprovdi ammonti ta’ self sa €250,000 b’rekwiżiti ta’ kollateral imnaqqsa sa 20% tal-valur tas-self, rati ta’ imgħax sussidjati u moratorja fuq il-ħlas tal-kapital u l-imgħax. Din is-sotto-skema, simili għall-BOV MDB COVID Assist, tibbenefika mill-iskema tal-gvern li tagħti sussidju fuq ir-rata tal-imgħax għall-ewwel sentejn tas-self.

 “Aħna kburin li l-Bank of Valletta qed jerġa’ jkun l-ixprun biex jipprovdi aċċess aħjar għall-finanzi lil SMEs. Aħna l-ewwel bank li rreġistrajna għal dan l-istrument ta’ finanzjament, biex b’hekk inkomplu nipprovdu aktar għajnuna tanġibbli u diretta lill-komunità tal-kummerċ. Diġà wrejna li aħna l-muturi ewlenin tal-iskema ta’ garanzija MDB COVID-19, infatti sa l-aħħar ta’ Ġunju 80% tal-faċilitajiet totali approvati taħt dawn l-iskema kienu sottoskritti mill-Bank of Valletta. Bħala l-Bank ewlieni ta’ Malta, se nkomplu bl-impenn tagħna lejn ir-riġenerazzjoni tal-ekonomija Maltija f’dawn iż-żminijiet iebsin,” temm jgħid il-BOV Chief Credit Officer.
Negozji li jixtiequ jieħdu benefiċċju mill-BOV-MDB COVID Assist għandhom jibagħtu email lil [email protected], jew jekk huma klijenti tal-BOV jikkuntattjaw lir-Relationship Manager jew il-Business Centre tagħhom. Aktar informazzjoni tinstab fuq https://www.bov.com/content/bov-mdb-covid19-assist.

Sport