Wednesday, October 9, 2024

Jidħlu fis-seħħ żewġ riformi istituzzjonali importanti waqt l-inawgurazzjoni tal-bini ġdid tal Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali

Aqra wkoll

Waqt żjara li għamel fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, il-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l Governanza Edward Zammit Lewis ħabbar li daħlu fis-seħħ żewġ avviżi legali li wasslu għal żewġ  riformi importanti.  

L-ewwel riforma hi li ġie trasferit l-irwol ta’ prosekuzzjoni tal-aktar reati gravi u importanti  f’pajjiżna mill-Pulizija lill-Avukat Ġenerali, sabiex dan issa jkollu l-poter f’idejh biex  jipprosekwixxi wara investigazzjoni mill-Pulizija jew wara konklużjonijiet ta’ inkjesta maġisterjali.  Ma’ dan mexa wkoll reklutaġġ aggressiv fi ħdan l-istess Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, fejn ġew  reklutati sa issa madwar 15-il avukat ġdid.  

It-tieni bidla hija li għall-ewwel darba fl-istorja ta’ pajjiżna ser ikollna stħarriġ ġudizzjarju magħruf  bħala ‘judicial review’, fejn wieħed ikun jista’ jitlob reviżjoni tad-deċiżjonijiet tal-Avukat Ġenerali.  Dan id-dritt ta’ stħarriġ qed jingħata għall-ewwel darba kemm liċ-ċittadini ta’ pajjiżna li jħossuhom  aggravati mid-deċiżjonijiet tal-Avukat Ġenerali, kif ukoll lill-entitajiet ewlenin f’pajjiżna li  jiġġieldu l-korruzzjoni u l-mal-amministrazzjoni. Dan ifisser li kwalunkwe persuna se jkollha d-dritt  li tappella deċiżjoni tal-Avukat Ġenerali meta din tiddeċiedi li ma tipprosekwixxix fuq xi każ  partikolari.  

Il-Ministru Zammit Lewis ħabbar dawn ir-riformi importanti waqt żjara li għamel fil-bini l-ġdid tal Avukat Ġenerali. Dan seħħ wara r-riforma li daħlet fis-seħħ fl-2018 li rat il-qasma tal-Uffiċċju tal Avukat Ġenerali fi tnejn, jiġifieri, l-Avukat tal-Istat li huwa l-konsulent legali ewlieni tal-gvern, u l Avukat Ġenerali, li x-xogħol prinċipali tiegħu huwa li jmexxi l-prosekuzzjonijiet f’pajjiżna. Kien għalhekk importanti li dawn iż-żewġ uffiċċji nqasmu wkoll fiżikament.  

Dan it-tibdil sar skont ir-rieda tal-gvern, bi qbil mal-Kummissjoni Venezja, li l-Avukat Ġenerali  jieħu gradwalment il-prosekuzzjonijiet kollha f’idu, filwaqt lil-Pulizija Eżekuttiva tibqa’ ffukata fuq  l-investigazzjonijiet tar-reati. 

Tul din iż-żjara, il-Ministru Zammit Lewis inawgura l-uffiċini ġodda tal-Avukat Ġenerali, li  fuqhom sar xogħol estensiv ta’ restawr. 

Fid-diskors tiegħu, il-Ministru Edward Zammit Lewis irringrazzja lill-Avukat Ġenerali Dr Victoria  Buttigieg, lill-ħaddiema kollha tal-istess uffiċċju tax-xogħol siewi tagħhom, flimkien mal-ħaddiema kollha li ħadmu fuq ir-restawr tal-bini l-ġdid tal-Avukat Ġenerali. Tkellem dwar ir-riformi li daħlu  fis-seħħ, fejn iddeskrivihom bħala storiċi u mingħajr preċedent. Dawn ir-riformi se jkunu qed  isaħħu dejjem aktar is-saltna tad-dritt f’pajjiżna. Huwa saħaq ukoll dwar l-importanza ta’ dawn ir riformi, li x-xogħol fuqhom ilu għaddej xhur, u kompla billi qal li dawn se jkomplu jgħinu biex  isaħħu r-reputazzjoni ta’ pajjiżna barra minn xtutna kemm fuq livell Ewropew, u anke fuq dak  internazzjonali.  

L-Avukat Ġenerali Dr Victoria Buttigieg tkellmet dwar ir-riforma riċenti li tolqot direttament lill Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali fejn dan l-uffiċċju ġie fdat bil-prosekuzzjonijiet ġodda ta’ għadd ta’ reati serji. Għalhekk, fil-kuntest ta’ dawn ir-reati serji, l-investigazzjoni titwettaq mill-Pulizija  filwaqt li l-prosekuzzjoni titmexxa mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. Bħala konsegwenza ta’ din il bidla, deċiżjoni tal-Avukat Ġenerali li ma ssirx prosekuzzjoni tista’ tiġi mistħarrġa ġudizzjarjament  quddiem il-Qrati Ċivili. Bħala uffiċċju kommessi li ntejbu u nassiguraw livell għoli ta’ prosekuzzjonijiet liċ-ċittadini Maltin u Għawdxin. 

Sport