Wednesday, March 27, 2024

Vlogger Ċiniża tmut wara li “nħarqet mill-eks raġel tagħha waqt live stream”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Influencer Ċiniża mietet wara li l-eks raġel tagħha allegatament tefgħalha l-petrol u taha n-nar waqt li kienet se tagħmel live stream. 

Lamu ta’ 30 sena kienet popolari fuq Douyin, il-verżjoni Ċiniża ta’ TikTok, fejn kellha mijiet ta’ eluf ta’ segwaċi. Hija sofriet minn ħruq fuq 90% ta’ ġisimha u mietet ġimagħtejn wara l-attakk.

Dan il-każ qanqal diskussjoni sħiħa fuq il-midja soċjali b’rabta mal-vjolenza fuq in-nisa fiċ-Ċina. 

Lamu, mill-provinċja taċ-Ċina ta’ Sichuana, kienet magħrufa għall-posts ferriħija tagħha dwra il-ħajja rurali u ġiet imfaħħra talli ma kinitx tuża make up fil-vidjos tagħha li kellhom miljuni ta’ likes.

Skont il-Beijing Youth Daily, l-istampa ta’ Lamu ġiet sewda ftit wara li kienet bdiet live stream fl-14 ta’ Settembru li għadda.

L-eks raġel tagħha, identifikat biss b’kunjomu Tang, allegatament kien daħal f’darha armat b’sikkina u petrol.

Stqarrija maħruġa mill-Uffiċċju tas-Sigurtà Pubblika ta’ Jinchuan County qalet li wara dan l-attakk, hija ttieħdet fi sptar lokali u wara ġiet trasferita lejn l-Isptar Provinċjali ta’ Sichuan għal aktar kura.

Il-familja ta’ Lamu talbet lis-segwaċi tagħha għall-għajnuna finanzjarja u aktar minn miljun yuan (£114,280) inġabru f’24 siegħa. Lamu mietet fit-30 ta’ Settembru. 

Ekonomija

Sport