Thursday, July 30, 2026
Home Internazzjonali Kaos f’Los Angeles fl-Istati Uniti… eluf jipprotestaw kontra l-Amministrazzjoni Trump

Kaos f’Los Angeles fl-Istati Uniti… eluf jipprotestaw kontra l-Amministrazzjoni Trump

0
65

Eluf kbar ta’ dimostranti niżlu fit-toroq ta’ Los Angeles fejn qegħdin jipprotestaw kontra r-rejds li saru mid-Dipartiment tal-Immigrazzjoni tal-Istati Uniti u anke kontra l-ordni tal-President Donald Trump li jibgħat it-truppi tal-Gwardja Nazzjonali biex jikkontrollaw il-protesti.

Ilbieraħ il-pulizija kellhom jużaw il-gass tad-dmugħ u anke sparaw balal tal-laqstu biex iferxu l-folol enormi li kien hemm jipprotestaw.