Tuesday, September 24, 2024

Il-Bankini taċ-Ċittadini- protesta kontra t-teħid tal-ispazji pubbliċi

Aqra wkoll

Il-Moviment Graffitti, flimkien ma’ diversi għaqdiet tar-residenti, qiegħed iħeġġeġ lill-pubbliku jingħaqad fi protesta llum kontra l-imwejjed, is-siġġijiet u l-istrutturi kummerċjali li qed joħonqu l-bankini, il-pjazez, it-toroq u l-bajjiet

In-nies se jkunu qed jinġabru fi Triq il-Merkanti fil-12.15pm, ħdejn il-mużew MUŻA. Fi stqarrija, Moviment Graffiti qalet li l-protesta se ssir ħames xhur wara li tnediet il-kampanja “Il-Bankini taċ-Ċittadini”.

Intqal; “Id-diversi talbiet tal-għaqdiet tar-residenti, li ġejjin mill-aktar lokalitajiet affettwati, għal tisħiħ tal-liġi attwali, għal infurzar serju, u għal trasparenza fil-mod kif jingħataw il-permessi għal okkupazzjoni ta’ art pubblika, baqgħu qatt ma ġew indirizzati mill-awtoritajiet”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport