Saturday, December 21, 2024

Il-bejgħ ta’ Chelsea mistenni jiġi approvat fis-sigħat li ġejjin

Aqra wkoll

Il-bejgħ tal-club ta’ Chelsea ta’ £4.25 biljun lill-konsorzju Amerikan immexxi mill-biljunarju, Todd Boehly, mistenni jiġi approvat mill-Gvern tar-Renju Unit fis-sigħat li ġejjin. 

Nhar it-Tnejn filgħaxija, Whitehall kienu qed jiffinalizzaw il-kwistjonijiet li fadal marbuta mat-teħid tal-kontroll tal-Blues, bil-ftehim mistenni jingħata l-aħħar approvazzjoni mill-uffiċjali tal-Gvern nhar l-Erbgħa. 

L-aħħar dettalji li bdew jitfasslu minn nhar it-Tnejn kienu marbuta mal-fatt li s-sid attwali, ir-Russu Roman Abramovich, għandu passaport Portugiż li jfisser li t-teħid tal-kontroll huwa meħtieġ li jiġi approvat mill-awtoritajiet Portugiżi wkoll.

Ekonomija

Sport