Thursday, December 26, 2024

Il-bejgħ ta’ Manchester United se jiġi ttardjat sa Mejju li ġej

Aqra wkoll

Il-bejgħ tal-club ta’ Manchester United se jiġi ttardjat sa Mejju li ġej minħabba li ħadd mill-offerenti ma’ laħaq it-talba tas-sidien attwali tal-club, il-familja Glazer. 

Matul dawn l-aħħar ġimgħat, is-sidien Amerikan irċevew bosta offerta biex jinxtra l-club ta’ Old Trafford. 

Sheikh Jassim bin Hamad al-Thani u Sir Jim Ratcliffe offrew massimu ta’ £4.5 biljun.

Il-Glazers għadhom qed jinsistu li jiżguraw il-prezz mitlub ta’ £6 biljun tagħhom għal Man Utd.

Dan minkejja l-aħħar valutazzjoni tal-United minn esperti finanzjarji. Il-prezz mitlub ta’ £6bn tal-Glazers tpoġġa f’kuntest ogħla mill-aħħar valutazzjoni tal-club.

Bl-użu ta‘ kalkolu magħruf bħala “analiżi tal-fluss tal-flus skontat”, il-club tar-Red Devils huwa stmat li jiswa £1.32 biljuni …. inqas minn kwart tas-£6 biljun li qed jitolbu l-Glazers.

Madankollu, din il-valutazzjoni, tidher li hija baxxa fl-ishma tal-United, li jinnegozjaw fil-Borża ta’ New York, li tagħti ċifra ta’ £2.8 biljun, filwaqt li tevalwa l-club abbażi tad-dħul – u tuża l-mudell stabbilit meta Raine Group LLC kienu għenu biex jinbiegħ il-club ta’ Chelsea lil Todd Boehly fis-sajf li għadda għal £3.55 biljuni. 

Dawk in-numri jistgħu jqanqlu lill-offerenti biex “jinżlu fl-offerta tagħhom”, bil-ġganti tal-petrokimiċi Ineos ta’ Ratcliffe jimmiraw biss is-sehem ta’ 69% tal-Glazers aktar milli akkwist sħiħ filwaqt li Sheikh Jassim irid sjieda sħiħa.

Madankollu, offerta oħra li ġejja mill-fond Genevra Associates ibbażat fil-Lussemburgu tista‘ tarah jakkwista “ishma minoritarju” flimkien mas-”sidien tal-maġġoranza attwali” – il-Glazers.

Sehem minoritarju li jista’ jinxtara fil-club tar-Red Devisl jista’ jippermetti lill-Glazers aktar żmien biex jissorveljaw kwalunkwe suċċess potenzjali minn Erik ten Hag u l-iskwadra tiegħu.

Manchester United rebħu l-ewwel trofew tagħhom mill-2017, prorpju il-Ħadd li għadda, meta għelbu lil Newcastle 2-0 fil-finali tal-League Cup.

Ekonomija

Sport