Saturday, May 4, 2024

AĠĠORNAT: Mara fil-periklu tal-mewt wara inċident tat-traffiku f’Ħ’Attard

Aqra wkoll

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ dan is-sit li x-xufier tat-Toyota, raġel ta’ 53 sena residenti Ħaż-Żabbar flimkien ma’ passiġġiera mara ta’  50 sena residenti l-Imsida ttieħdu l-Isptar minħabba li sofrew ġrieħi. Il-passiġġiera ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi ta’ natura serji filwaqt li x-xufier sofra minn ġrieħi gravi.

B’rabta ma’ dan il-każ infetħet inkjesta mill-Maġistrat Victor Axciak.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

8:32 p.m. AĠĠORNAT: ŻEWĠ PERSUNI L-ISPTAR WARA LI NĦARĠU MINN VETTURA INVOLUTA F’ĦABTA F’Ħ’ATTARD

Fl-aħħar minuti nħarġet l-aħħar persuni li kienet qiegħda maqbud f’karozza wara ħabta li seħħet fl-inħawi tas-Central Link f’Ħ’Attard.

Kienu żewġ persuni li spiċċaw maqbudin f’karozza Toyota Yaris u bl-għajnuna tal-Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili huma nħarġu u ttieħdu b’emerġenza l-Isptar Mater Dei.

07.32pm – IL-PROTEZZJONI ĊIVILI QED JASSISTU PERSUNI MAQBUDIN F’KAROZZA F’Ħ’ATTARD

Ftit tal-ħin ilu seħħ inċident tat-traffiku fl-inħawi tas-Central Link Ħ’Attard.
Fuq il-post hemm ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili, Ambulanza kif ukoll numru ta’ uffiċjali tal-pulizija li qegħdin jipprovaw jikkontrollaw is-sitwazzjoni fosthom it-traffiku.

Mill-ewwel indikazzjonijiet jirriżulta li l-ħabta li seħħet għall-ħabta tas-7.00pm, hemm involti żewġ karozzi. Waħda minnhom hija Porsche u l-oħra hija Toyota Yaris.

Jidher li s-sewwieq tal-Porsche ħareġ waħdu mill-karozza u diġà qed jitkellem mal-uffiċjali tal-Pulizija, iżda fit-Toyota Yaris hemm żewġ persuni li s’issa għadhom ma nħarġux. Jirriżulta li l-persuni maqbudin huma mara u raġel. Bħalissa għaddejja operazzjoni mill-Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili biex dawn jinħarġu u jibdew jingħataw il-kura.

Sport