Tuesday, April 30, 2024

“Ħallukom mit-tferfix żejjed … Il-ġurnata kienet qisha paġna minn djarju tal-gwerra”

Tabib tal-emerġenza b'rabta mal-ammont ta' inċidenti reġistrati lbieraħ

Aqra wkoll

“Naħseb li fl-aħħar sigħat tlifna kont ta’ kemm rajna pazjenti li weġġgħu gravi jew saħansitra tilfu ħajjithom”. Iddikjara dan it-Tabib Michael Spiteri mid-Dipartiment tal-Emerġenza wara diversi inċidenti rrappurtati matul il-jum tal-bieraħ.

Spiteri saħansitra qabbel il-ġurnata tax-xogħol ma’ paġna minn djarju tal-gwerra b’referenza għall-ammont sostanzjali ta’ feruti. Huwa appella lill-pubbliku biex joqgħod moħħu hemm u jnaqqas il-ġenn u t-tferfix żejjed.

Spiteri temm jirringrazzja lill-kollegi kollha fis-servizzi tal-Emerġenza, 112 u entitajiet oħra li għamlu minn kollox biex ġew salvati ħafna ħajjiet.

Sport