Thursday, April 18, 2024

AĠĠORNAT: Sitta l-ITU … l-ewwel żewġ vaguni ta’ waħda mill-ferroviji involuti fl-inċident tal-Greċja nqerdu għalkollox

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Il-midja tal-lokal ikkonfermat li sitta mill-persuni midruba jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

Bħalissa iktar minn 150 pumpier/a jinsabu għaddejjin b’ħidma kontinwa fejn qed jagħmlu użu minn 17-il vettura u erba’ krejnijiet. Matul l-operazzjoni, huma qed jiffukaw l-attenzjoni tagħhom fuq l-ewwel tliet vaguni tal-ferrovija li kienet qed iġġorr il-passiġġieri.

Ġurnalista Griega f’kumment li tat lill-Midja Ingliża BBC qalet li skont informazzjoni li ngħatatilha mis-Sindku tal-lokal, ma rnexxielhom isibu l-ebda fdalijiet mill-ewwel żewġ vaguni tal-ferrovija li kienet qed iġġorr il-passiġġieri. Dan hekk kif iż-żewġ ferroviji bdew għaddejjin b’veloċità qawwija.

9.00 am : Imutu iktar minn 30 persuna f’ħabta bejn żewġ ferroviji fil-Greċja

Ferrovija li kienet qed iġġorr mijiet ta’ nies abbord ilbieraħ filgħaxija kienet involuta f’ħabta ma’ ferrovija oħra li kienet qegħda ġġorr il-merkanzija, fit-Tramuntana tal-Greċja. F’dan l-inċident tilfu ħajjithom iktar minn 30 persuna, filwaqt li l-ammont ta’ dawk midruba tela’ għal iktar minn 50 persuna.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li malli seħħ l-impatt bejn iż-żewġ ferroviji, waħda mill-kabini tgħaffġet għalkollox u ħadet in-nar.

Dawk abbord ferrovija minnhom kienu studenti universitarji li x’aktarx kienu ser jirritornaw lura d-dar minn vaganza.

Fuq il-post issejħu numru ta’ uffiċjali tas-salvataġġ biex jgħinu fit-tfittxija għall-passiġġieri fejn iżjed tard ġie identifikat li kien hemm diversi studenti midruba u maqbuda fil-ferrovija.

Il-proċess ta’ evakwazzjoni għadu għaddej u qed isir waqt kundizzjonijiet diffiċli ħafna minħabba li l-ħabta kienet waħda gravi, spjega Vassilis Varthakoyiannis -kelliem għas-servizz tat-tifi tan-nar tal-Greċja.

Min-naħa tagħha d-Deputat Ministru tas-Saħħa tal-Greċja, Mina Gaga, iddeskriviet dan l-inċident bħala traċedja.

S’issa għadu mhux magħruf x’wassal għal dan l-inċident.

Żewġ uffiċjali tal-ferroviji qed jiġu interrogati filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport