Tuesday, April 30, 2024

Iweġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Marsa

Aqra wkoll

Raġel kellu jiddaħħal l-Isptar wara li iktar kmieni llum, għall-ħabta tal-08:00 a.m., kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Aldo Moro l-Marsa.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kien seħħ impatt bejn mutur tal-għamla Motorhispania Duna misjuq minn raġel ta’ 24 sena residenti Marsaskala u vettura Fiat Fiorino misjuqa minn raġel ta’ 29 sena residenti Ħ’Attard.

Tim mediku ta l-assistenza tiegħu lis-sewwieq tal-mutur sakemm seta’ jittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa permezz t’ambulanza li ssejħet fil-post. Dan is-sit jinsab infurmat li aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport