Saturday, December 21, 2024

Il-bejgħ tal-club ta’ Chelsea: Jitkellem Roman Abramovich

Aqra wkoll

Wara li sar magħruf li l-club ta’ Chelsea issa nbiegħ b’mod uffiċjali, tkellem għall-ewwel darba l-ex sid tal-Pensioners, Roman Abramovich, fejn irringrazzja lil kulħadd għall-20 sena li mexxa lill-club fejn awgura wkoll lis-sidien il-ġodda biex ikomplu jibnu fuq dak li ħalla warajh.

Fi stqarrija huwa qal:

“Għaddew kważi tliet xhur minn meta ħabbart l-intenzjoni tiegħi li nbiegħ lill-club ta’ Chelsea. Matul dan iż-żmien, it-team ħadem ħafna biex isib sidien ġodda tajbin għal Chelsea FC li jkunu fl-aħjar pożizzjoni biex imexxu b’suċċess lil dan il-club glorju fil-kapitlu li jmiss tiegħu.

“Is-sjieda ta’ dan il-club tiġi b’responsabbiltà kbira. Minn mindu ngħaqadt ma’ Chelsea, kważi 20 sena ilu, rajt mill-ewwel x’jista’ jikseb dan il-club.

“L-għan tiegħi kien li nassigura li s-sid li jmiss ikollu mentalità li tippermetti suċċess għat-timijiet tal-Irġiel u tan-Nisa, kif ukoll ir-rieda u l-ispinta biex inkomplu niżviluppaw aspetti ewlenin oħra tal-club, bħall-Akkademja u l-ħidma vitali tal-club.

“Ninsab kuntent li din it-tfittxija issa waslet għal konklużjoni b’suċċess. Hekk kif ngħaddi lil Chelsea lis-sidien il-ġodda, nixtieq nawguralhom l-aqwa suċċess, kemm fil-ground kif ukoll barra.

“Kien unur  kbir għalija personali li nkun parti minn dan il-club – nixtieq nirringrazzja lill-players, lill-istaff, u natura­lment lill-partitarji kollha … dawk tal-passat u dawk attwali għal dawn is-snin inkredibbli.

“Jien kburi li bħala riżultat tas-suċċessi konġunti tagħna, miljuni ta’ nies issa se jibbenefikaw mill-fondazzjoni tal-karità l-ġdida li qed titwaqqaf. Dan huwa l-wirt li ħloqna flimkien.”

Ekonomija

Sport