Monday, July 27, 2026
Home Sport Il-Belġjani jneħħu lil Domenico Tedesco minn kowċ

Il-Belġjani jneħħu lil Domenico Tedesco minn kowċ

0
79

Il-Federazzjoni tal-Futbol Belġjana ħabbret li keċċiet lill-kowċ Taljan Domenico Tedesco mill-kariga wara wirjiet ferm diżappuntanti waqt il-kampjonat Ewropew li ntlagħab is-sena l-oħra u anke l-UEFA Nations League.

Stqarrija mill-istess federazzjoni qalet li sfortunatament ir-riżultati ma kinux dawk mixtieqa u ma kellhom l-ebda triq oħra ħlief li jneħħuh.

Tedesco kien ingħaqad mal-Belġju fi Frar 2023 u ħa post Roberto Martinez.