Wara stennija mill-ammiraturi tal-Eurovision Song Contest, illum tħabbar li l-belt Taljana ta’ Turin se tkun dik li se tospita s-66 Eurovision Song Contest li se jsir f’Mejju li ġej.
Il-finali se jsir f’PalaOlimpico nhar is-Sibt 14 ta’ Mejju bis-Semi-finali jsir fl-10 u t-12 ta’ Mejju.
Il-kapitali tal-Piemonte se tkun it-tielet belt Taljana li tospita dan l-avveniment wara li fl-1965 dan kien sar ġewwa Napli filwaqt li fl-1991 sar ġewwa Ruma.
Issa, wara li l-grupp Maneskin rebaħ il-Eurovision ta’ din is-sena bid-diska ‘Zitti e buoni’, dan il-konkors se jirritorna l-Italja wara 31 sena, f’belt li bosta ddeskrivewha bħala waħda li għandha l-karatteristiċi kollha biex tospita avveniment tant prestiġjuż.
Ciao Torino! ??????
— Eurovision Song Contest (@Eurovision) October 8, 2021
The secret’s out! #Eurovision 2022 will be held in Turin! ?
All the details right here ? https://t.co/HrJ1rhnKRv
? #ESC2022 | ? @twitorino | ? @EurovisionRai pic.twitter.com/k3vJk6HnGy