Sunday, December 22, 2024

Il-benefiċċju b’rabta mad-diżabilità se jkunu esklużi fit-test tal-mezzi

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Il-baġit 2023 huwa wieħed li jolqot lil kulħadd. Il-persuni b’diżabilità dejjem kienu u se jibqgħu prijorità. Huwa għalhekk li b’effett mill-1 ta’ Jannar ta’ din is-sena, persuni b’diżabilità bdew jirċievu l-benefiċċju bla ebda rabta mat-test tal-mezzi.

Dan tħabbar mill-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli Roderick Galdes waqt konferenza iktar kmieni llum li fiha huwa sostna illi permezz tal-baġit ta’ din is-sena ser jissaħħu l-pensjonijiet u l-allowances. Hu qal ukoll li l-ikbar differenza ser tkun dik tal-benefiċċju tal-kera.

Barra minn hekk, se jkun qed jiżdied l-għadd ta’ persuni b’diżabilità li se jkunu eleġibbli għal dan il-benefiċċju u se jkun hemm żieda sostanzjali fil-benefiċċju nnifsu. Il-Ministru Galdes spjega li fl-aħħar xhur iddiskuta l-akkomodazzjoni wiesgħa li tingħata mill-Gvern ma’ persuni b’ċertu sfidi. Dan għaliex ġie nnutat li kien hemm kontradizzjoni f’dawn il-mekkaniżmi.

Filwaqt li persuni b’diżabilità kienu qed jingħataw appoġġ, min-naħa l-oħra, il-benefiċċju mogħti lil dawn il-persuni mill-Gvern kienu qed jingħaddu mad-dħul globali tal-persuna meta jsirilha t-test tal-mezzi għall-benefiċċji tal-kera u anke skemi oħrajn.

Huwa tenna jgħid li dan kollu se jwassal biex il-persuni b’diżabilità jkunu ta’ prijorità fis-soċjetà. Minbarra din il-miżura tal-baġit 2023, hemm miżuri oħrajn li jolqtu kemm lil dawk l-individwi li għandhom xi diżabilità, kif ukoll lil dawk li jieħdu ħsiebhom. 

Ekonomija

Sport