Thursday, April 18, 2024

James Ward-Prowse viċin li jikser rekord partikolari 

Aqra wkoll

Il-plejer ta’ nofs il-grawnd ta’ Southampton, James Ward-Prowse, hu pass ‘il bogħod milli jikser rekord fil-kampjonat Premier Ingliż. Il-plejer ta’ 28 sena kien protagonista mat-tim tiegħu li ġie minn taħt sabiex għeleb lil Everton 2-1 filwaqt li skorja doppjetta. 

Xi ħaġa partikolari li għamel Ward-Prowse kien proprju l-fatt li skorja s-16-il gowl tiegħu staġjonali direttament minn freekick. Hu jinsab biss żewġ gowls ‘il bogħod mill-plejer leġġendarju David Beckham li fi staġun partikolari fl-Ingilterra kien skorja 18-il gowl minn freekick.  

Ekonomija

Sport