Sunday, December 29, 2024

Il-Black Friday: Uħud ifittxuh, oħrajn ma jagħtux kas

Reazzjonijiet imħallta għall-Black Friday

Aqra wkoll

Waset il-ġurnata tant mistennija għax-xiri, iżda minħabba numru ta’ raġunijiet jidher li l-kjuwijiet kienu biss fis-sigħat ta’ qabel il-ftuħ.

Dan is-sit tkellem ma’ diversi persuni fil-lokalità ta’ Tas-Sliema biex nistaqsuhom dwar il-ħsibijiet tagħhom dwar din il-ġurnata magħrufa għax-xiri bi skont speċjali.

B’differenza minn snin oħra, il-maġġoranza ta’ dawn il-persuni qalulna li ftit li xejn għadhom jagħtu kas dawn il-ħafna reklami u li fl-aħħar mill-aħħar dak li jkun ikollu jixtri li jkollu bżonn meta jkollu bżonn. Żiedu jilmentaw li minħabba sitwazzjonijiet li rajna fil-passat, b’numru ta’ affarijiet ikunu ttimbrati bi prezz u taħthom ikun hemm il-prezz oriġinali li jerġa’ jkun irħas minn dak li jinbigħ bih l-prodott bl-iskont tal-Black Friday. 

Oħrajn madanakollu qalu li xorta għadhom jistennew dan il-jum u li saħansitra jieħdu xi sigħat leave mix-xogħol biex bħal-lum iduru fil-ħwienet u jixtru li jkollhom bżonn. Qalu wkoll li anke jekk ma jixtrux, għalihom xi ħaġa sabiħa li jidħlu fl-atmosfera billi jduru f’diversi ħwienet differenti.

Dan is-sale tant mistenni din is-sena, minflok qiegħed isir biss fil-jum tiegħu li din id-darba kien imiss il-25 ta’ Novembru, għadd ta’ negozji ddeċidew li jifirxuh tul ix-xahar kollu ta’ Novembru bl-aktar popolari jkunu dawk tal-għamara u l-apparat domestiku. Din x’aktarx hija raġuni oħra għalfejn naqsu l-kjuwijiet li mdorrijin bihom f’dan il-jum, strateġija li naqqset ukoll il-konġestjoni tat-traffiku ta’ dawk kollha li jiffukaw fuq ix-xiri f’dan il-jum biss.

Ekonomija

Sport