“It-tfajla ta’ 22 sena li kienet tintilef fl-avventuri u taqsamhom mal-oħrajn permezz tal-blogs tagħha, u li sfat nieqsa waqt waħda minn dawn l-esperjenzi mal-għarus tagħha, nqatlet fgata”. Spjega dan wieħed mill-uffiċjali involuti fl-inkjesta b’rabta mal-mewt ta’ Gabby Petito.
L-uffiċjal spjega wkoll li l-vittma kienet ilha xi ġimgħat mejta meta nstab il-katavru tagħha x-xagħar li għadda viċin park nazzjonali li l-koppja kienu żaru.
L-għarus tagħha Brian Laundrie huwa l-persuna li jista’ jixħet dawl dwar dan il-każ, iżda huwa ilu rappurtat nieqes minn nofs Settembru li għadda.
Il-mewt tat-tfajla ġibdet attenzjoni globali minħabba l-fama li kienet kisbet fuq il-midja soċjali. L-għibien tagħha kien qajjem dibattitu minħabba li bosta bdew jistaqsu dwar kemm tingħata importanza f’każijiet ta’ nisa ta’ karnaġġjon abjad li jisfaw rappurtati nieqsa.