Friday, December 27, 2024

Il-Bord tal-Protesti jikkonferma li l-każ ta’ Mosta ma ġiex milqugħ

Aqra wkoll

Il-Bord tal-Protesti tal-Malta Football Association ikkonferma d-deċiżjoni li ma jilqax protest ippreżentat mill-club ta’ Mosta b’rabta mal-partita tagħhom tal-BOV Kampjonat League kontra Sirens li ntlagħbet, nhar is-Sibt 3 ta’ Frar, 2024.

Ir-riżultat fil-ground kien 0-0, wara li Mosta kienu ressqu l-protest fejn talbu li r-riżultat jiġi ddikjarat null minħabba l-allegata ineliġibbilità ta’ player ta’ Sirens . Il-club sostna li Sirens kienu rreġistraw magħhom numru ta’ players barranin aktar mill-kwota ta’ 14-il player. 

Il-protest kien instema’ oriġinarjament, fid-9 ta’ Frar 2024. Sussegwentement, il-Bord Eżekuttiv tal-MFA, fis-16 ta’ Frar li għadda, kien konxju ta’ għarfien ta’ żball ta’ fatt li kien sar quddiem il-Bord tal-Protesti, li kien jikkoknsisti b’mod differenti, u li kien imsemmi f’deċiżjoni tal-Bord. Għalhekk, il-Bord Eżekuttiv tal-MFA kien irrefera l-kwistjoni lura lill-Bord tal-Protesti biex jerġa’ jinstema’.

Wara din id-deċiżjoni tal-Bord tal-Protesti, ir-riżultat tal-partita msemmija (0-0) se jibqa’ fis-seħħ.

Ekonomija

Sport