Wednesday, December 25, 2024

Il-BOV iniedi sit elettroniku ġdid tal-għola livell

Aqra wkoll

Il-Bank of Valletta nieda websajt b’disinn ġdid, aċċessibbli fuq www.bov.com, li toffri esperjenza mtejba lill- klijenti mibnija madwar il-preferenzi tal-utent. Is-sit elettroniku joffri pjattaforma komprensiva li tpoġġi fuq quddiem l-identità diġitali mġedda tal-Bank b’disinn frisk li jimminimizza d-distrazzjonijiet u jippermetti lill-utent jiffoka fuq dak li hu l-aktar importanti. B’interface li tirreaġixxi mill-ewwel, is-sit joffri esperjenza bla xkiel lill-klijent minn kull pjattaforma li juża – sew jekk minnfuq mowbajl, laptop, jew permezz ta’ tablet.

Karatteristiċi notevoli oħra tal-websajt il-ġdida jinkludu navigazzjoni intuwittiva, li permezz tagħha utent jista’ jesplora s-sit permezz ta’ sistema ta’ navigazzjoni li tagħti prijorità lill-preferenzi tal-utent u funzjoni mtejba ta’ appoġġ, li permezz tagħha l-utent jista’  jesperjenza modi veloċi u faċli ta’ konnessjoni mal-Bank għall-assistenza, kif ukoll ċentru ta’ tagħlim sħiħ li jagħti lill-utent l-għarfien kollu meħtieġ biex ikun jista’ jieħu deċiżjonijiet bankarji infurmati.

Kenneth Farrugia, il-Kap Eżekuttiv tal-Bank of Valletta, tkellem dwar dan it-tragward importanti. “Ninsab kuntent ħafna bit-tnedija tal-websajt il-ġdida tagħna. Wara xhur ta’ riċerka maħsuba u żvilupp metikoluż, issa qed noffru lill-klijenti tagħna esperjenza diġitali mtejba, li tagħti lill-utenti l-opportunità  jinteraġixxu b’mod diġitali mal-Bank minn kullimkien, permezz ta’ kwalunkwe apparat elettroniku. Din l-inizjattiva hija eżempju ieħor ta’ kif qed inpoġġu lill-klijent fiċ-ċentru ta’ dak kollu li nwettqu, peress li din l-esperjenza diġitali ġdida hija mfassla esklussivament madwar ir-rispons tal-klijenti. Bi kważi tmien miljun żjara fil-websajt tagħna matul is-sena li għaddiet, issa ninsabu ħerqana li nilqgħu aktar utenti, b’esperjenza mtejba ta’ banking diġitali.”

Fil-kummenti li għadda, Theodoros Papadopoulos, Chief Digital Officer tal-Bank of Valletta, enfasizza r-rwol ċentrali tal-klijent fil-ħolqien tal-websajt il-ġdida. “Bħala BOV, aħna niddefinixxu mill-ġdid is-servizz tal-konsumatur, billi niffukaw fuq il-ħolqien ta’ esperjenzi memorabbli. It-tnedija tas-sit elettroniku l-ġdid hija xhieda ta’ dan peress li se toffri disinn nadif u frisk, li għandu għeruq fondi fir-rispons u l-interazzjoni tal-utenti. L-impenn tagħna għal approċċ fejn il-klijent jiġi l-ewwel huwa evidenti f’kull aspett tas-sit – min-navigazzjoni intuwittiva tiegħu, imfassla biex tkun faċli għall-utent f’kull pjattaforma elettronika, sal-inklużjoni ta’ ċentru ta’ tagħlim. Tajna prijorità li niżguraw li l-utent ikollu l-għodda u l-għarfien kollu meħtieġ għal deċiżjonijiet bankarji aktar intelliġenti. Dan is-sit elettroniku, bit-teknoloġiji bankarji diġitali avvanzati tiegħu, jirrappreżenta aktar minn sempliċi preżenza onlajn – hija kisba kollaborattiva, iddisinjata flimkien mal-klijenti stmati tagħna. Hija pjattaforma sigura u avvanzata, li tirrifletti d-dedikazzjoni tagħna biex mhux biss nilħqu, iżda naqbżu l-aspettattivi tal-utent. Din it-tnedija timmarka tragward sinifikanti, li tiċċelebra l-vjaġġ kontinwu tagħna lejn innovazzjoni diġitali ffukata fuq il-klijent.”

Ekonomija

Sport