Monday, May 13, 2024

Neymar jirritorna fl-Arabja Sawdija

Aqra wkoll

L-istilla internazzjonali Brażiljana Neymar Junior irritorna f’Riyadh fl-Arabja Sawdija sabiex ikompli r-rijabilitazzjoni tiegħu fil-klinika ta’ Al Hilal, il-klabb li hu qiegħed reġistrat magħhom.

Neymar ilu mweġġa’ għal numru ta’ xhur u dan l-aħħar deher f’video fi cruise li għamel mal-familja. Minkejja kollox, id-diriġenti ta’ Al Hilal kienu xi ftit frustrati b’dak li poġġa fuq il-midja soċjali tiegħu u ordnawlu li jiġi lura fl-Arabja Sawdija.

Neymar deher jimxi fl-ajruport f’Riyadh b’ċertu diffikulta’ hekk kif beda jzappap, xhieda li rkupptejh ix-xellugija għadha tuġgħu mhux ftit.

Sport