Friday, December 27, 2024

Il-BOV jerġa’ jappoġġja l-Gozo Youth Entrapreneurship

Aqra wkoll

Il-Bank of Valletta estenda l-appoġġ tiegħu għat-tielet edizzjoni ta’ ‘Youth 4 Entrepreneurship Gozo’ – konkors għal imprendituri żgħażagħ, organizzat mill-Gozo Business Chamber, b’kollaborazzjoni mal-Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija, Aġenzija Żgħażagħ, u l-Europe Direct Information Gozo.

Il-konkors ’Youth 4 Entrepreneurship ta’ din is-sena se jiffoka speċifikament fuq żewġ oqsma – is-Sostenibbiltà u d-Diġitalizzazzjoni. Is-sostenibbiltà tiżgura kapaċita li  jkunu sodisfatti l-bżonnijiet preżenti mingħajr ma b’xi mod tkun ipperikolata il-kapaċità tal-ġenerazzjonijiet tal-ġejjieni biex jilħqu l-bżonnijiet tagħhom f’konformità mal-Green Deal tal-Unjoni Ewropea, li tfittex li tiġġieled it-tibdil fil-klima u d-degradazzjoni ambjentali, billi toħloq riżorsa moderna u effiċjenti u kompetittiva fejn m’hemmx emissjonijiet netti ta’ gassijiet serra sal-2050. 

“L-intraprendituri żgħażagħ juru ħafna mill-istess karatteristiċi bħall-intraprendituri adulti: viżjoni, determinazzjoni, kalkoli tar-riskju, reżiljenza, soluzzjoni ta’ problemi, u kreattività,” qal Mark Scicluna Bartoli, Eżekuttiv – Product Management & Development fil-Bank of Valletta,  ‘Għandhom ħafna ideat ġodda, lesti li jikkollaboraw ma’ ħaddieħor, u ħerqana li jagħmlu differenza pożittiva. Permezz ta’ dan il-konkors, qed nikkapitalizzaw fuq l-għerf tagħhom filwaqt li ntejbu b’mod pożittiv il-ħajjiet, il-komunitajiet u l-ekonomija Għawdxija.

L-applikanti għandhom ikunu residenti fil-gżejjer Maltin, u jkunu ta’ età ta’ bejn is-16 u t-30 sena u s-sottomissjonijiet għandhom ikunu strettament relatati ma’ Għawdex. 

Intraprendituri żgħażagħ potenzjali se jkollhom l-opportunità li jissottomettu l-ideat tagħhom sa mhux aktar tard mill-Ġimgħa 29 ta’ Ottubru 2021 u jirċievu sessjonijiet ta’ taħriġ dwar pitching intraprenditorjali u ħiliet ta’ preżentazzjoni mill-Aġenzija Żgħażagħ. 

Il-parteċipanti eliġibbli kollha jkunu jistgħu jippreżentaw l-idea tan-negozju tagħhom waqt avveniment li se jsir nhar il-Ġimgħa 12 ta’ Novembru 2021.

Ekonomija

Sport