Tuesday, September 24, 2024

Il-BOV jingħaqad ma’ Colour My Run f’avveniment ta’ divertiment għall-familji

Aqra wkoll

Il-Bank of Valletta qed jistieden lill-pubbliku ġenerali sabiex jingħaqad f’attività milmlija enerġija u kulur miftuħa għall-familji bl-għan li jinħoloq għarfien dwar il-benesseri fiżiċi, mentali u finanzjarji.

Il-BOV qed jgħaqqad dawn it-tliet elementi permezz ta’ kampanja nazzjonali li l-qofol tagħha jintlaħaq permezz tal-avveniment annwali Colour My Run nhar il-Ħadd 27 ta’ Ottubru 2024. L-attività organizzata b’kollaborazzjoni ma’ Colour My Run u l-atleta rinomat Nathan Farrugia, hija miftuħa għall-familji u se tkun qed issir f’Manoel Island bl-appoġġ ta’ MIDI. Parti mid-dħul minn dan l-avveniment se jmorru għall-Fondazzjoni Richmond, li f’Malta hija sinonima għall-ħidma tagħha favur is-saħħa mentali.

L-inizjattiva ġġib flimkien promoturi fil-qasam tas-saħħa fiżika, mentali u l-benesseri finanzjarji u għandha l-għan li tqajjem kuxjenza dwar l-importanza li wieħejieħu ħsieb jinvesti l-ħin fl-attività fiżika, jieħu ħsieb is-saħħa mentali u jippjana għal futur finanzjarju b’saħħtu.

Meta kien qed jitkellem dwar din l-inizjattiva, il-Kap Eżekuttiv tal-BOV, is-Sur Kenneth Farrugia qal li “bħala Bank b’50 sena ta’ storja, u parti integrali mill-ekonomija Maltija u mill-komunitajiet lokali, il-Bank of Valletta huwa minn ta’ quddiem biex jimbotta l-kunċett ta’ benesseri finanzjarji. Apparti li jieħu ħsieb is-saħħa fiżika u jkun konxju dwar l-importanza tas-saħħa mentali, il-pubbiku huwa mħeġġeġ jibda jippjana minn kmieni sabiex jassigura futur finanzjajru fis-sod. Ta’ min wieħed isemmi li l-popolazzjoni tagħna qegħda dejjem tikber, u normalment il-ħajja qed titwal, allura tajjeb wieħed jieħu bis-serjetà l-importanza li jkollna pensjoni li sservina biżżejjed tul ħajjitna. L-inizjattiva Colour My Run se sservi biex tfakkar lill-pubbliku fuq l-importanza li wieħed jippjana minn kmieni għall-irtirar billi jwarrab kontribuzzjonijiet żgħar ta’ kull xahar permezz tal-Pjan Personali għall-Pensjoni mill-BOV”.

L-organizzatur ta’ Colour My Run, Nathan Farrugia, rinomat lokalment għall-isforzi sportivi u filantropiċi tiegħu qal li s-sħubija mal-BOV “hija indikazzjoni ċara tal-impenn lejn is-saħħa u l-benesseri li lkoll nemmnu fihom. Bis-saħħa ta’ din is-sħubija, nistgħu nespandu l-impatt tagħna, inġibu aktar nies attivi u nxerrdu l-kelma dwar is-saħħa mentali u l-benefiċċji tal-attività fiżika kemm fuq il-ġisem kif ukoll fuq il-moħħ. Inħeġġu lil kulħadd, ta’ kull ħila, biex jieħu sehem, kemm jekk timxi, tiġri jew tiżfen tul it-triq divertenti mimlija kulur u divertiment!”

Il-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni Richmond, Daniela Calleja Bitar qalet li “Colour My Run hija aktar minn sempliċi tellieqa; hija ċelebrazzjoni ta’ għaqda, benesseri u spirtu komunitarju.

Fil-Fondazzjoni Richmond, nemmnu fil-qawwa tal-moviment—mhux biss għas-saħħa fiżika tagħna iżda għall-benesseri mentali tagħna. Din is-sena, niġru flimkien biex nuru li kull pass ‘il quddiem huwa pass lejn ħajja aktar b’saħħitha u vibranti. Ejja nimlew l-attività b’kuluri li jfissru pożittività u nfakkru lil kulħadd li s-saħħa mentali hija importanti. Grazzi mill-qalb lil UN Limited u lill-BOV għall-appoġġ kontinwu tagħhom biex jagħmlu dan l-avveniment possibbli u għall-appoġġ li qed juruna b’risq is-saħħa mentali.”

L-applikazzjonijiet għall-Colour My Run issa jinsabu miftuħa. Il-pubbliku huwa mitlub jirreġstra fuq https://www.active.com/gzira-gzira/running/distance-running-races/colour-my-run-2024. Ma’ kull reġistrazzjoni tapplika tariffa li parti minnha tmur b’risq il-Fondazzjoni Richmond.   

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport