Monday, September 23, 2024

Infermiera ddisprati għan-nuqqas ta’ vaċċin kontra l-Mpox

Aqra wkoll

L-istaff mediku fuq l-ewwel linja tal-battalja kontra l-Mpox fil-Lvant tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo huma ddisprati jistennew biex jaslu l-vaċċini sabiex ikunu jistgħu jrażżnu r-rata ta’ infezzjonijiet ġodda.

F’ċentru ta’ trattament fil-provinċja ta’ Kivu t’Isfel jingħad li qed jaslu aktar pazjenti kuljum, speċjalment trabi, u hemm nuqqas serju ta’ tagħmir essenzjali.
Mpox, li qabel kienet magħrufa bħala monkeypox, hija marda li tittieħed ħafna u diġa ħasdet il-ħajja ta’ mill-inqas 635 persuna fil-Kongo din is-sena.

200,000 vaċċin, mogħtija mill-Kummissjoni Ewropea, intbagħtu fil-kapitali Kinshasa il-ġimgħa li għaddiet, iżda għad iridu jiġu ttrasportati madwar dan il-pajjiż vast u jista’ jkun hemm diversi ġimgħat qabel ma jaslu fid-destinazzjoni tagħhom.

Ir-raġuni li se jieħu ż-żmien biex il-vaċċini jiġi trasportat hija l-ħtieġa li jinħażnu f’temperatura preċiża taħt iż-żero biex iżommu l-qawwa tagħhom, kif ukoll jeħtieġ li jintbagħtu f’żoni rurali tan-Nofsinhar ta’ Kivu, bħal Kamituga, Kavumu u Lwiro, fejn l-imxija hija mifruxa.

In-nuqqas ta’ infrastruttura u toroq ħżiena jfissru li l-ħelikopters jistgħu possibbilment jintużaw biex iwasslu xi vaċċini, miżura li se tkomplu tgħolli l-ispejjeż f’pajjiż li diġà qed jitħabat ma problemi finanzjarji.

Problema oħra hija li ma hemm biżżejjed tagħmir protettiv personali [PPE] għat-tobba u l-infermieri. Il-kliniċi qed jispiċċaw mingħajr ilma nadif, jiġifieri l-pazjenti jridu jirrazzjonaw dak li għandhom fil-jerrycans żgħar taħt is-sodod tagħhom.

Infermiera li qed jikkuraw pazjenti bil-mpox kuljum qed jaħdmu bil-biża li huma wkoll jinħakmu mill-infezzjoni u jgħadduha lil uliedhom stess. Fl-aħħar tliet ġimgħat, klinika, li normalment tittratta madwar 80 pazjent fix-xahar, ġiet fgata bi kważi 200 pazjent li issa qed ikunu iżgħar fl-eta’.

Xi wħud jibżgħu li l-kunflitt armat li għaddej fil-Lvant tar-Repubblika tal-Kongo bejn l-armata u diversi gruppi armati, l-aktar ir-ribelli M23, se jkompli jagħmel is-sitwazzjoni aktar diffiċli.

Dan il-kunflitt qed ikollu effett profond fuq il-programm ta’ tilqim ġenerali. Mhux biss in-nuqqas ta’ tilqim kontra l-pox, iżda l-programmi kollha ta’ tilqim qed ibatu minħabba diffikultajiet biex il-vaċċini jitwasslu fiż-żoni tas-saħħa. Dan minħabba n-nuqqas ta’ sigurtà.

Il-ġlied intens kien qed iwassal lil ħafna jitilqu minn djarhom lejn il-provinċji li qed jaggrava aktar it-tixrid tal-marda. Problema oħra hi li l-biċċa l-kbira tal-flus qed jiġu injettati fl-indirizzar tal-gwerra li għaddejja, biex jinxtara tagħmir militari u mhux biex jinxtara aktar vaċċin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport