Saturday, December 21, 2024

Il-BOV Jintroduċi s-soluzzjoni innovattiva SoftPOS

Aqra wkoll

PAGAMENTI DIĠITALI AKTAR AĊĊESSIBBLI MAL-BOV mobilePOS

Fi sforz biex joffri konvenjenza u aċċessibbiltà akbar kemm lill-klijenti kif ukoll lin-negozjanti, filwaqt li jimmodernizza x-xenarju tal-pagamenti, il-Bank of Valletta għadu kif ħabbar l-aħħar innovazzjoni tiegħu: is-soluzzjoni tal-BOV mobilePOS. Din it-teknoloġija għandha l-potenzjal tirrivoluzzjona l-mod kif isiru l-pagamenti, billi tissostitwixxi flus kontanti, ċekkijiet u terminals goffi b’soluzzjonijiet diġitali bla xkiel bl-użu ta’ xejn aktar minn smart phone android.

Meta tkellem dwar dan it-tragward ġdid għall-BOV, Chris Degabriele, li jmexxi l-funzjoni tal-eBanking tal-Bank, spjega kif SoftPOS, li tfisser Software Point of Sale, hija teknoloġija avvanzata tal-mowbajl li tittrasforma kwalunkwe smartphone jew tablet Android li jaħdem bl-NFC f’terminal tal-ħlas kompletament funzjonali.  “Bl-introduzzjoni ta’ soluzzjoni aktar moderna għat-terminal tradizzjonali tal-punt tal-bejgħ, issa qed nagħmlu pagamenti mingħajr flus kontanti aktar aċċessibbli u nipprovdu lin-negozjanti, speċjalment dawk li ma jaħdmux minn post fiss, bħalma huma nies tal-kunsinna jew bejjiegħa fit-toroq, soluzzjoni li taċċetta b’mod sigur pagamenti bil-kards mingħand il-klijenti. Il-BOV mobilePOS jaċċetta ditti ewlenin ta’ kards inklużi tranżazzjonijiet li jsiru b’Google Wallet u Apple Wallet.”

Din it-teknoloġija tfisser benefiċċji sinifikanti, bi smartphones jew tablets effettivament isiru soluzzjonijiet ta’ ħlas portabbli. Is-sikurezza u s-sigurtà huma essenzjali f’din is-soluzzjoni, li hija mibnija bi protokolli ta’ encryption tal-aħħar teknoloġija biex tissalvagwardja kontra aċċess mhux awtorizzat u tipprovdi serħan tal-moħħ kemm lin-negozjanti kif ukoll lill-klijenti.

“Bil-BOV mobilePOS, qed inwasslu era ġdida ta’ pagamenti diġitali,” qal Simon Azzopardi, Chief Officer Wealth Management tal-Bank of Valletta. “Qed inkomplu nkunu mexxejja u innovaturi, u l-għan tagħna huwa li nipprovdu dejjem aktar soluzzjonijiet li jaqblu mas-suq tal-lum li qed jevolvi b’mod mgħaġġel. L-għan tagħna huwa li nagħtu l-għodda t-tajba lin-negozji biex huma jsibuha aktar faċli jagħmlu negozju mal-klijenti tagħhom. Nistieden lill-klijenti tagħna biex jingħaqdu magħna hekk kif inħaddnu l-futur tal-pagamenti bl-aħħar innovazzjoni tagħna.”

L-app tal-BOV mobilePOS tista’ titniżżel bla xkiel mill-Google Play Store. Wieħed ma jrid jagħmel xejn aktar milli jimla’ din il-formola minn bov.com. It-tim tagħna se jagħmel kuntatt man-negozjant u joffri s-sistema fi żmien qasir ħafna. F’każ ta’ mistoqsijiet, wieħed jista’ jikkuntattja liċ-Ċentru tas-Servizz tal-Klijent tal-Bank fuq 21312020 jew jissottometti mistoqsija fuq https://www.bov.com/help-support.

LINK GĦALL-FORMOLA

https://bov.jotform.com/241361760560957?utm_source=PR&utm_medium=vNews&utm_campaign=mobilePOS&utm_content=EN
Ekonomija

Sport