Wednesday, July 24, 2024

Il-Qorti Kriminali Internazzjonali titlob għal mandat ta’ arrest fil-konfront tal-PM Iżraeljan u l-mexxej tal-Hamas

Aqra wkoll

Għaddew kważi mal-230 jum minn mindu bdiet il-gwerra bejn l-Iżrael u l-Hamas. Hekk kif din il-gwerra qed tkompli tintensifika ruħha, il-gvern Iżraeljan, immexxi minn Benjamin Netanyahu ġie akkużat li wettaq azzjoni sproporzjonata fir-reġjun ta’ Gaża, u li qatel eluf u eluf innoċenti. Xi wħud saħansitra jsemmu l-azzjonijiet tal-Iżrael bħala delitti tal-gwerra.

Intant, nhar it-Tnejn l-uffiċċju tal-prosekuzzjoni tal-Qorti Kriminali Internazzjonali, l-ICC ordna mandati ta’ arrest għall-ogħla fil-konfront tal-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu u tal-mexxej tal-Ħamas f’Gaża Yahya Sinwar.

Karim Khan KC akkużahom b’reati tal-gwerra fejn qed iżomm lill-mexxej tal-Ħamas responsabbli għall-attakk tas-7 ta’ Ottubru li għadda fuq Iżrael u lill-Prim Ministru Iżraeljan għall-attakki li saru wara fuq Gaża.

Mandati ta’ arrest oħra ħarġu fil-konfront tal-Ministru tad-Difiża Iżraeljan Yoav Gallant u fil-konfront tal-mexxej politiku u dak militari tal-Ħamas, Ismail Haniyeh u Mohammed Deif rispettivament.

Id-deċiżjoni tal-ICC, I ġiet ikkundannata mill-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu u l-alleat tiegħu, il-President Amerikan Joe Biden. Fil-fatt, il-president tal-Istati Uniti, li qal: “Aħna niċħdu għal mandati ta’ arrest kontra mexxejja Iżraeljani”.

Ekonomija

Sport