Tuesday, May 14, 2024

Il-BOV jneħħi r-Restrizzjonijiet tal-COVID-19

Aqra wkoll

F’konformità mal-aġġornamenti riċenti dwar il-COVID-19 maħruġa mill-Awtoritajiet tas-Saħħa Maltin, li bihom tħabbar li qed jitneħħew ir-restrizzjonijiet, il-Bank of Valletta qed ineħħi r-restrizzjonijiet kollha li hemm bħalissa fejn jidħol:

– In-numru ta’ klijenti li jkunu permessi fil-bini tal-Bank
– M’għadux obbligatorju li tilbes maskri/visors tal-wiċċ u li tittieħed it-temperatura
tal-klijenti li jidħlu fil-bini tal-Bank
– Il-meetings jistgħu jsiru wiċċ imb wiċċ

Il-COVID-19 għadu magħna u minkejja x-xenarju mtejjeb, il-Bank of Valletta jkompli jħeġġeġ lill-pubbliku biex joqgħod attent biex in-numri jibqgħu baxxi u l-livell ta’ serviz tagħna ma jintlaqatx.

Il-Bank se jibqa jissorvelja s-sitwazzjoni kontinwament u jieħu kull miżura meħtieġa fl-aħjar interess u l-benesseri tal-impjegati u l-klijenti tiegħu.

Sport