Starlites huma r-rebbieħa tal-BOV Knockout tal-Basketball tal-Ewwel Diviżjoni.
Fil-finali tal-kompetizzjoni, li ntlagħbet fil-Padiljun tal-Basketball f’Ta’ Qali, Starlietes ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 112-86 fuq Mellieħa Fijo.
Stefan Abela, Manager, Corporate Social Responsibility (CSR) fi ħdan il-Bank of Valletta u Paul Sultana, President tal-Malta Basketball Association fil-preżenza ta’ Kevin Azzopardi, Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Olimpiku Malti ppreżentaw it-trofew tal-BOV Basketball Knockout tal-Ewwel Diviżjoni lir-rebbieħa. Zekiah Owens ta’ Starlites ġie vvutat bħala l-Aqwa Plejer (MVP) ta’ din il-finali u ġie ppreżentat bit-Trophy BOV MVP għall-prestazzjoni tiegħu.
Il-Bank of Valletta huwa sostenitur ewlieni tal-inizjattivi sportivi f’Malta skont l-impenn tiegħu bħala ċittadin attiv tal-Komunità Maltija.