Tuesday, May 14, 2024

Fusion jirbħu in-Knockout tal-BOV Basketball Amateur League

Aqra wkoll

Fusion Fijo huma r-rebbieħa tal-BOV Basketball Knockout tal-Amateur League.

Fusion għelbu lill-Mellieħa Libertas bl-iskor ta’ 82-65 fil-finali biex rebħu dan l-unur.

Stefan Abela, Manager, Corporate Social Responsibility (CSR) fil-Bank of Valletta u Paul Sultana, President tal-Malta Basketball Association ippreżentaw it-trofew tal-BOV Basketball Amateur League Knockout lir-rebbieħa. Nikola Bozovic ta’ Fusion ġie ppreżentat ukoll bit-Trofew BOV Most Valuable Player (MVP) għall-prestazzjoni tiegħu waqt il-finali ta’ din il-kompetizzjoni.

L-appoġġ tal-Bank of Valletta lill-Basketball Malti ġej mill-impenn tiegħu lejn is-saħħa tajba u l-benessri tal-komunità li topera fiha.

Sport