Thursday, November 14, 2024

Il-BOV Tennis Masters Tournament fil-Marsa Sports Club

Aqra wkoll

Il-BOV Tennis Top 8 Masters se jsir bejn l-4 u d-9 ta’ Diċembru 2023 u se jintlagħab fil-Marsa Sports Club.

Il-BOV Tennis Top 8 Masters sar kampjonat fiss fil-kalendarju annwali tat-tennis bħala t-tieni l-aktar turnament prestiġjuż, wara l-Malta Open. It-tournament huwa wkoll l-aħħar turnament uffiċjali tal-Malta Tennis Federation fis-sena kalendarja fejn l-aqwa plejers f’Malta li huma disponibbli jilagħbu f’dan it-tournament.

Tmien plejers ttellgħu f’żewġ gruppi bl-aqwa seeds jevitaw lil xulxin fil-fażi tal-gruppi. Iż-żewġ plejers fl-aħjar pożizzjoni f’kull grupp imbagħad jilagħbu l-partiti tas-semi finali fejn il-finali ġġib fi tmiemha staġun storiku. Din is-sena se tara l-gruppi bl-isem BoV Gold u BoV Platinum.

Dr David Farrugia Sacco, President tal-MTF stqarr li t-tennis Malti ġej minn sena ta’ suċċess kbir li rat plejers Maltin jirbħu 3 midalji tad-deheb, midalja tal-fidda u 2 tal-bronż fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa li saru aktar kmieni din is-sena u dan jawgura spettaklu ta’ tennis ta’ livell għoli fil-Marsa Sports Club.

Il-BOV Tennis Masters Top 8 Tournament jifforma parti mill-impenn tal-Bank of Valletta lejn il-benefiċċji tal-isport u stil ta’ ħajja attiv lejn is-Saħħa Tajba u l-Benessri tal-Komunità Maltija.

Ekonomija

Sport