Saturday, December 21, 2024

Il-Brażil b’rekord ta’ mwiet f’ġurnata waħda

Aqra wkoll

In-numru ta’ mwiet fil-Brażil ilbieraħ laħaq livell rekord hekk kif il-President Jair Bolsonaro ħabbar li l-Ministeru għas-Saħħa se jkun qed jippubblika linji gwida ġodda dwar kif wieħed għandu jagħmel użu tal-chloroquine biex jittratta l-Covid-19.

Qabel ilbieraħ, l-ogħla rata ta’ mwiet kienet dik reġistrata nhar it-12 ta’ Mejju li għadda, meta n-numru ta’ mwiet kienu jammontaw għal 881.

Statistika pprovduta mill-Università John Hopkins tindika li l-pandemija tal-coronavirus qatlet mill-inqas 17,983 persuna fil-Brażil.

Il-Brażil intant it-Tnejn qabeż lir-Renju Unit fin-numru ta’ każi konfermati, u issa huwa meqjus it-tielet l-aktar pajjiż fejn ġew ikkonfermati każi ta’ persuni infettati bil-coronavirus wara l-Istati Uniti u r-Russja.

Il-President Jair Bolsonaro, alleat ideoloġiku tal-President Donald Trump, safa fil-mira ta’ kritika ħarxa għall-mod kif iffaċċja l-pandemija tal-coronavirus, u l-oppożizzjoni qawwija tiegħu kontra li jdaħħal miżuri iebsin li fil-fehma tiegħu se jkunu qed iħallu impatt wisq negativ fuq l-ekonomija.

Ekonomija

Sport