Saturday, December 14, 2024

Il-Brażil jegħlbu lill-Messiku b’goal ta’ Endrick

Aqra wkoll

L-attakkant żagħżugħ Endrick skorja l-goal tar-rebħa fil-ħin mogħti żejjed hekk kif il-Brażil għelbu lill-Messiku 3-2 f’partita ta’ ħbiberija bi preparazzjoni għall-Copa America li saret, f’Texas, nhar is-Sibt filgħaxija.

Iż-żagħżugħ ta’ 17-il sena skorja t-tielet goal tiegħu f’daqstant logħbiet għall-Brażil hekk kif b’daqqa ta’ ras sfrutta cross tas-sostitut Vinicius Junior fis-96 minuta.

Il-midfielder ta’ Fulham, Andreas Pereira, kien ta vantaġġ kmieni lill-Brażil wara ħames minuti minn pass ta’ Savio qabel ma Gabriel Martinelli ta’ Arsenal irdoppja il-vantaġġ fl-54 minuta.

Julian Quinones kiseb id-draw għall-Messiku fit-73 minuta qabel ma Guillermo Martinez Ayala għamilhom 2-2 fit-92 minuta.

Endrick, li se jingħaqad ma’ Real Madrid mingħand Palmeiras dan is-sajf, kien qabel ma’ dan it-trasferiment, f’Diċembru li għadda.

Il-ġimgħa l-oħra huwa qal: “Nittama li hija storja sabiħa ma’ Real Madrid u li nkun f’Madrid ħajti kollha.”

Ekonomija

Sport