Wednesday, July 24, 2024

Max Verstappen jirbaħ il-Grand Prix tal-Kanada

Aqra wkoll

Is-sewwieq Olandiż, Max Verstappen (Red Bull) kompla kabbar il-vantaġġ f’ras il-klassifika tal-Formula Wieħed meta rebaħ il-Grand Prix kaotiku tal-Kanada li kienet tinkludi żewġ perjodi ta’ safety car hekk kif xita kontinwa ħarbtet għal kollox l-istrateġiji tas-sewwieqa.

L-ewwel safety car, għal ħabta li kienet tinvolvi lil Logan Sargeant tal-Williams, kienet kruċjali u    swiet lil-leader ta’ dak il-ħin, Lando Norris. Is-sewwieq tal-McLaren kellu jikkuntenta bit-tieni post qabel George Russell tal-Mercedes, li kiseb l-ewwel podju tat-team tal-istaġun qabel sieħbu Lewis Hamilton.

Klassifika tas-sewwieqa: 1. Max Verstappen (Red Bull) 194 punti; 2. Charles Leclerc (Ferrari) 138: 3. Lando Norris (McLaren) 131; 4. Carlos Sains Jr (Ferrari) 108); 5. Sergio Perez (Red Bull) 107: 6, Oscar Piastri (McLaren) 81.

Ekonomija

Sport