Wednesday, July 24, 2024

Il-Kummissjoni Elettorali tikkonferma li d-distakk uffiċjali huwa ta’ 8,454

Aqra wkoll

Hekk kif il-Kummisjoni Elettorali kkonfermat li s-6 ewroparlamentari, hija kkonfermat ukoll li. d-distakk kien ta’ 8,454

11:15 p.m- Il-Kummissjoni Elettorali tikkonferma s-6 MEPs li se jirrapreżentaw lil pajjiżna

Il-Kummissjoni Elettorali kkonfermat li s-6 ewroparlamentari li se jkunu qed jirrappreżentaw lil Malta fil-Parlament Ewropew fil-leġislatura li jmiss se jkunu Roberta Metsola (PN), Alex Agius Saliba (PL), Daniel Attard (PL), Peter Agius (PN), Thomas Bajada (PL) u David Casa (PN).

Huma se jservu fit-terminu bejn l-2024 u l-2029.

10:55 p.m- Indikazzjonijiet li t-tlett MEPs l-oħra huma Robert Mestola, Peter Agius u David Casa

Fl-aħħar aġġornamenti, jidher li f’isem il-Partit Nazzjonalista l-ewwel persuna li ġiet eletta kienet il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola.

Intant jidher ukoll li wara Metsola, ġew eletti Peter Agius u David Casa.

Huwa għalhekk li s-sitt Ewroparlamentari li se jkunu qed jirrappreżentaw lil Malta fil-Parlament Ewropew huma Roberta Metsola, Alex Agius Saliba, Daniel Attard, Peter Agius, Thomas Bajada u David Casa.

Huma se jservu fit-terminu bejn l-2024 u l-2029.

10:19 p.m- “Grazzi lill-kandidati kollha li kkontestaw u li lkoll baqalhom ħafna x’joffru lil Malta”- Il-PM

“Awguri lil Alex, Daniel u Thomas li ġew eletti f’isem il-Partit Laburista għall-Parlament Ewropew”. Dan kien il-messaġġ li wassal il-Prim Ministru Robert Abela.

Fl-istess messaġġ, fuq Facebook, Abela rringrazzja lill-kandidati kollha li kkontestaw. Tenna li dawn lkoll baqalhom ħafna x’joffru lil Malta.

9:48 p.m- Alex Agius Saliba, Daniel Attard u Thomas Bajad kkonfermati bħala MEPs tal-Partit Laburista

Il-kandidati tal-Partit Laburista, Alex Agius Saliba, Daniel Attard u Thomas Bajada kif ġew ikkonfermati bħala MEPs f’isem il-Partit Laburista. Saliba qabeż il-kwota indikata mill-Kummisjoni Elettorali għall-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.

L-Avukat Daniel Attard ġie ukoll elett wara li ngħalaq l-ewwel għadd tal-voti u wara li sar il-wirt tal-voti. Flimkien ma’ Attard, ġie elett ukoll Thomas Bajada

Attard u Bajada ġew eletti wara Roberta Metsola f’isem il-Partit Nazzjonalista u Alex Agius Saliba f’isem il-Partit Laburista, li ġew eletti mal-ewwel għadd.

Minkejja dawn iċ-ċifri, il-Kummissjoni Elettorali għadha trid tikkonferma t-total ta’ voti.

Dan l-artiklu se jkun qiegħed jiġi aġġornat minn ħin għall-ieħor.

Ekonomija

Sport