Monday, May 20, 2024

Il-Brażil konfermat bħala l-pajjiż bir-raba’ l-ogħla rata ta’ vittmi kawża tal-covid-19 fid-dinja

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

In-numru ta’ fatalitajiet kawża tal-Covid-19 fil-Brażil tela’ bi kważi 1,000 fl-aħħar sigħat. Dan l-ammont wassal biex r-rata totali ta’ mwiet fil-pajjiż titqies bħala r-raba’ l-ogħla waħda fid-dinja.

B’kollox mietu mad-29,000, liema ammont hu jaqbeż lil dak ta’ Franza. Dawk b’aktar vittmi minn dan l-ammont ikunu biss l-Istati Uniti, l-Italja u r-Renju Unit.

Il-President Jair Bolsonaro pprova jnaqqas il-pressjoni tal-gravità tas-sitwazzjoni, anke jekk l-pajjiż għandu t-tieni l-ogħla rata ta’ każijiet attivi.

Mhux biss, huwa saħansitra kkritika l-lockdown li skontu serva biex jeqred l-impjiegi u l-ekonomija tal-pajjiż.

Sport