Wednesday, October 9, 2024

Il-Brittanja jirbħu l-ekwestriju tal-irġiel

Aqra wkoll

Il-Brittanja rebħu l-midalja tad-deheb fl-ekwestriju  tat-timjiet biex din kienet l-ewwel deheb għalihom mindu Londra 2012, b’wirja perfetta.

It-trio Brittaniku, kompost minn Ben Maher, Harry Charles u Scott Brash, sofra żewġ punti biss ta’ penalitá biex baqgħu jillidjaw il-klassifika sal-aħħar, segwiti mill-Istati Uniti u Franza rispettivament.

Interessati huwa l-fatt li missier Harry (Charles), Peter, rebaħ id-deheb f’din id-dixxiplina fl-Olimpjadi ta’ Londra.

Harry kellu biss 13-il sena meta missieru kien fuq il-podju Olimpiku iżda issa jingħaqad miegħu fil-kotba tal-istorja.

U issa li għandu 25 sena, rebaħ fuq iż-żiemel, Romeo 88. Min-naħa l-oħra, Brash u Maher ikkompetew fuq iż-żwiemel, Jefferson u Dallas Vegas Batilly, rispettivament.

Huma kisbu punteġġ ta’  237.47 quddiem l-Istati Uniti (229.90) li sofrew penalitá ta’ erba’ punti u Franza (238.12) li ġew penalizzati seba’ punti.

Sport