Tuesday, December 24, 2024

Il-budget 2023 approvat mill-Parlament

Aqra wkoll

Fl-aħħar seduta parlamentari ġie approvat ukoll il-Budget għas-sena d-dieħla wara li d-deputati vvutaw fuq l-estimi finanzjarji ta’ kull Ministeru. B’kollox ittieħdu 98 vot f’sessjoni li ħadet sagħtejn u nofs. In-nefqa tal-Budget 2023, bit-tema ‘Malta: Ċertezza u Stabbiltà’ se tkun qiegħda taqbeż is-€7 biljun. 

Ir-riżoluzzjonijiet imressqa mill-Ministri rispettivi tal-Gvern kienu approvati bi 42 vot favur u b’34 vot kontra wara li ntalbet division. L-emendi mressqa mill-kelliema rispettivi tal-Oppożizzjoni m’għaddewx b’34 vot favur u bi 42 vot kontra. Anki f’dan il-każ l-Oppożizzjoni talbet division.

Il-Kamra tar-Rappreżentazzjoni ħadet ukoll voti dwar l-abbozz ta’ liġi dwar l-approprjazzjoni għas-sena 2023 u l-abbozz ta’ liġi dwar it-tieni approprjazzjoni kemm fl-ewwel, fit-tieni, fl-istadju ta’ Kumitat u fit-tielet qari. Dawnl -abbozzi ta’ liġi tressqu mill-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana u għaddew mingħajr ma ntalbet emenda bi 42 vot favur u 34 vot kontra wara numru ta’ divisions mitluba mill-Oppożizzjoni.

Il-Parlament aġġorna għal wara l-btajjel tal-Milied, bl-ewwel seduta skedata għad-9 ta’ Jannar tas-sena d-dieħla. 

Ekonomija

Sport