Saturday, November 9, 2024

Il-Budget għas-sena d-dieħla huwa wieħed purament soċjali- L-MDA

Aqra wkoll

L-MDA tikkummenta illi l-Budget għas-sena d-dieħla huwa wiehed purament
soċjali. Huwa ċar illi t-tkabbir ekonomiku ġġenerat matul dawn l-aħħar snin,
mgħejjun sostanzjalment bil-kontribut tal-industrija tal-proprjeta’, qed jissarraf fi
tgawdija u tqassim ta’ ġid għal familji Maltin u Għawdxin.

Dan qalitu l-MDA fi stqarrija, fejn qalet ukoll; “Ninnotaw illi ma ġewx introdotti taxxi ġodda, anzi, ġew riveduti l-komputazzjonijiet tat-taxxi li ser iżid iddħul tal-poplu. Ninsabu sodisfatti wkoll illi l-inċentivi li kienu ideat tal-MDA, fosthom dawk tal-‘First-time buyers’, ‘Second-time buyers’ u tal-‘Urban Conservation Areas’ (UCA) reġgħu ġew estiż”.

Tennew li jħossu li l-budget kien nieqes minn ideat tanġibbli u commitment
ta’ investiment. L-MDA qalet ukoll; “Huwa tajjeb li jisemmew is-suġġetti tal-ispazzji ħodor, ta’ kwalita’ ta’ ħajja aħjar, tal-enerġija nadifa u investiment fl-infrastruttura u di fatti, ilproposti għall-budget tal-MDA kienu proprju immirati sabiex jindirizzaw dawn issuġġetti”.

Pero, billi l-proposti tagħna f’dan ir-rigward ma ġewx implimentati, aħna
ninsabu xettiċi fuq kif dawn il-miri jistgħu jintlaħqu. Fl-aħħar nett, l-MDA iżżid illi ser tkompli tkun minn ta’ quddiem sabiex tinsisti dwar proposti u inċentivi illi jgħollu l-kwalita’ ta’ zvilupp sostenibbli u fl-istess ħin affordabbli.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport