Tuesday, October 29, 2024

Transport Malta kommess li l-pjazez pubbliċi jiġu iktar aċċessibbli għan-nies

Aqra wkoll

Transport Malta hija kommessa li tara li l-pjazez pubbliċi jiġu iktar aċċessibbli għan-nies u b’hekk mill-ġimgħa l-oħra ngħata bidu għall-proċess formali biex jiġi estiż il-perjodu bejn il-Ġimgħa u s-Sibt mis-7:00 p.m sa nofsillejl fejn il-Pjazza tal-Mosta tkompli titgawda mill-familji.

Ir-rispons fl-aħħar xahrejn għall-għeluq ridott għall-Ġimgħa u s-Sibt filgħaxija kien wieħed pożittiv. L-arranġament ġie komunikat lid-Dipartiment tal-Informazzjoni nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Ottubru, 2024.

Dan qalitu Transport Malta permezz ta’ messaġġ fuq Facebook, fejn ingħad li hija
ħasra li inizjattiva importanti bħal din qed issib ostakli mill-Kunsill Lokali, minflok appoġġ, speċjalment fid-dawl li jidher li jeżisti kunsens nazzjonali favur inqas vetturi fit-toroq u iktar aċċessibbiltà għall-pubbliku.

Tenniet li Transport Malta tibqa’ miftuħa għal djalogu kostruttiv biex ikollna iktar inizjattivi li jiskoraġixxu l-użu ta’ karozzi mill-pjazez u jkun hemm aċċess aħjar għal dawk illi jridu jgawdu l-pjazez sbieħ tal-ibliet u rħula Maltin u Għawdxin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport